Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Grad ta’ Baċellerat għal KGEs biex jiżviluppaw il-kompetenzi professjonali tagħhom

pr211971
Date Icon 01/11/2021

Wara li kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn l-Istitut għall-Edukazzjoni u l-MCAST, ġie żviluppat Bachelor of Arts (Hons) Early Years, Learning and Care (Top Up), li għandu l-għan li jilħaq lil dawk l-edukaturi tal-Kindergarten li diġà għandhom Diploma Nazzjonali Għolja MQF Livell 5 f'dan is-settur. Dan il-kors jippermetti lil dawk l-edukaturi tal-Kindergarten biex jiżviluppaw aktar il-kompetenzi professjonali tagħhom u jiksbu Grad ta' Baċellerat.

“L-impenn tagħna għall-edukaturi huwa wieħed dejjiemi biex nagħtuhom kull opportunità possibbli biex ikomplu jiżviluppaw fil-professjoni tagħhom. Dan qed nagħmluh b'kull mezz possibbli, anke permezz ta' sinerġija bejn l-entitajiet li jaqgħu taħt is-settur edukattiv, kif qed naraw f'dan il-każ, bejn l-Istitut għall-Edukazzjoni u l-MCAST," qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni, hekk kif ġie varat dan il-kors.

Meta jtemmu b'suċċess il-kors, dawn l-edukaturi tal-Kindergarten isiru KGE3, u din il-progressjoni hija riflessa wkoll f'salarju aħjar. Dan il-kors jingħata fuq bażi part-time u b'approċċ imħallat, kemm b'lectures fiżiċi u wkoll online.

Il-lectures online huma mfassla b'tali mod li l-parteċipanti jkollhom kemm sessjonijiet diretti li matulhom jista' jkun hemm diskussjonijiet mal-lettur u ma' sħabhom stess, xogħol fi grupp, preżentazzjonijiet, dibattiti u modi oħra ta' interazzjoni, filwaqt li l-parteċipanti tal-kors ikollhom il-possibbiltà li jaċċessaw il-materjal fi kwalunkwe ħin. It-tfassil tal-kors sar b'dan il-mod biex ikun hemm iktar flessibbiltà għall-istudenti u ttejjeb l-aċċessibbiltà għaliex dawn ikunu jistgħu jkomplu bl-impjieg full-time tagħhom filwaqt li jiksbu grad ta' standard għoli.

Il-kors huwa ta' 18-il xahar, li jibda f'Jannar 2022, bl-applikazzjonijiet jiftħu fil-15 ta' Novembru 2021. L-applikanti jistgħu wkoll japplikaw għall-Iskema Get Qualified li tippermettilhom jibbenefikaw minn kreditu ta' taxxa fuq l-ispiża tal-kors.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST il-Professur Joachim James Calleja qal li, “Fl-MCAST nagħrfu r-rwol importanti li għandhom l-edukaturi biex tiġi żgurata edukazzjoni effettiva u inklużiva għal kulħadd. Il-prijorità tagħna hi li nsaħħu l-kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet u mal-industrija għall-benefiċċju tal-istudenti. Dan il-ftehim mal-Istitut għall-Edukazzjoni se jkompli jsaħħaħ l-offerta u l-opportunitajiet għall-edukaturi, li fil-futur se jkunu qed jieħdu ħsieb li kull student jirnexxi."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Edukazzjoni Joanne Grima qalet, “Importanti l-fatt li qed nenfasizzaw li fis-snin bikrin irid ikun hemm esperjenza edukattiva tal-aqwa kwalità għax l-effett ta' din l-esperjenza se tkompli tinħass matul il-ħajja kollha ta' dawn l-istudenti, ukoll meta jsiru adulti. Ma nistgħux niżbaljaw u ma nistgħux ma nkunux konxji li rridu nagħtu l-aqwa, għax minn issa nkunu qed naffettwaw il-ġenerazzjoni adulta li se jkollna fil-futur."

L-MCAST u l-Istitut għall-Edukazzjoni ġabru flimkien tim ta' professjonisti biex jiżviluppaw din il-kwalifika importanti, li se jkollha impatt dirett fuq it-tfal għaliex tgħinhom mhux biss fit-tagħlim, imma wkoll fil-mod kif jgħelbu sfidi soċjo-emozzjonali. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jemmen li l-investiment f'dan il-qasam huwa kruċjali u, għalhekk, li kull inizjattiva tkun ta' benefiċċju mhux biss għall-edukaturi imma wkoll għall-istudenti tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Grad ta’ Baċellerat għal KGEs biex jiżviluppaw il-kompetenzi professjonali tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Grad ta’ Baċellerat għal KGEs biex jiżviluppaw il-kompetenzi professjonali tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Grad ta’ Baċellerat għal KGEs biex jiżviluppaw il-kompetenzi professjonali tagħhom
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow