Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reġistru Elettorali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

pr211969
Date Icon 01/11/2021

Reġistru Elettorali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippubblikati r-Reġistri Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Ottubru, 2021.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354), u/jew skont l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap. 467), sad-data tal-għeluq, it-30 ta' Settembru, 2021, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu mhumiex murija b'mod korrett, għandu, skont l-artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar il-Ġimgħa d-19 ta' Novembru, 2021, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.

Kull votant reġistrat li;

  1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta' xi persuna għandu jinqata' barra mir-reġistru għax din m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
  2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta' xi persuna mhumiex murija b'mod korrett fir-reġistru;

jista' wkoll, skont l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan l-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar il-Ġimgħa d-19 ta' Novembru, 2021.

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista' tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali. Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali. Jekk dan ma jsirx, jista' jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijiet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.

Ta' min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista' jordna li l-isem ta' xi persuna jiġi inkluż, jew li ssir korrezzjoni ta' isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-Reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak l-għan.

Min jixtieq jara r-Reġistri kollha jista' jarahom fl-Uffiċċju Elettorali. Ir-Reġistri jkunu wkoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi. Barra minn hekk, wieħed jista' jara jekk hux reġistrat bħala votant f'dawn ir-reġistri billi jidħol online fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, www.electoral.gov.mt, fis-sezzjoni 'Pubblikazzjonijiet u jagħfas il-buttuna 'Nista' nivvota?' jew il-buttuna 'Fittex fir-Reġistri'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow