Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Baġit li jħares lejn il-futur tad-djalogu soċjali u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema

pr211965
Date Icon 31/10/2021

F'konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta li rridu għal uliedna, il-Ministru Carmelo Abela spjega dak li tħabbar fil-baġit għas-sena 2022, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam id-djalogu soċjali, ix-xandir pubbliku, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Dwar ix-xandir pubbliku, il-Ministru Abela spjega li l-ħidma kbira li twettqet fl-aħħar xhur fil-PBS u dik li qed tkun proposta, huma mnebbħa mill-isfidi futuri f'dan is-settur kif ukoll mix-xewqa li noħolqu aktar opportunitajiet madwar l-industrija tax-xandir u karriera għaż-żgħażagħ tagħna. Sabiex il-PBS iwettaq din il-viżjoni, il-Ministru semma l-proġett, maqsum fuq tliet fażijiet, li l-PBS se tniedi biex taġġorna l-faċiltajiet u r-riżorsi tagħha. Dan jinkludi r-rivitalizzazzjoni ta' TV House f'kumpless state-of-the-art bi studios moderni u faċilitajiet meħtieġa għal produzzjonijiet u trasmissjonijiet bl-ogħla livell; il-bini ta' stage televiżiv bil-faċilitajiet kollha għal produzzjonijiet fi skala akbar; il-bini ta' ċentru għall-aħbarijiet mgħammar bi studios u bil-faċilitajiet kollha f'Malex House.

B'rabta ma' kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema, il-Ministru semma l-miżura tal-ħlas doppju għas-sigħat ta' xogħol li jinħadmu l-Ħadd; miżura inkluża fil-baġit għas-sena 2022, li turi li dan il-Gvern qed ikompli jiġġieled il-prekarjat u dan b'kuntrast ma' amministrazzjoni preċedenti.

Hu spjega kif il-ħidma u l-iskop tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) hu li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jibqgħu jiġu mħarsa. Il-Ministru semma kif id-DIER ħa numru ta' inizjattivi ħalli jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa biex il-ħaddiema jkunu konxji tad-drittijiet u l-kundizzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, id-DIER qed jipprepara ktieb apposta li se jkun tradott b'lingwi differenti. Fost il-ħidma li qed jagħmel id-DIER insibu xogħol preparatorju dwar il-Work Life Balance Directive, kif ukoll dwar il-Wage Regulation Orders.  Kif issemma fid-diskors tal-baġit, ser issir ħidma fuq portal onlajn li se tinkludi templates ta' kuntratti tax-xogħol ħalli l-ħaddiema jkunu jistgħu jaraw x'inhuma l-kundizzjonijiet bażiċi tagħhom.

Dwar l-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), Carmelo Abela spjega kif din is-sena saret ħidma kbira biex din l-aġenzija issaħħaħ is-servizzi ta' informazzjoni, u ta' assistenza għall-kisba ta' fondi Ewropej. Sġjega kif organizzazzjonijiet volontarji, entitajiet tal-gvern, u kunsilli lokali, mhux biss jingħataw għajnuna b'xejn biex japplikaw għall-fondi, iżda jiġu assistiti fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Is-SEM qed tikkordina d-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa biex iċ-ċittadini jressqu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom.

Il-Ministru spjega wkoll il-ħidma li saret fejn jidħol il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex insaħħu d-djalogu soċjali, kif ukoll li d-diskussjoni tkun ibbażata fuq ir-riċerka bil-għajnuna ta' numru ta' esperti flimkien ma' rappreżentanti mill-imsieħba soċjali. Il-Ministru rrimarka li fiż-żmien li ġej se jiġi diskuss fl-MCESD, mekkaniżmu ġdid, li huwa indipendenti mill-COLA, b'mod partikolari biex nipproteġu lill-familji l-aktar vulnerabbli.

Il-Ministru Abela semma li s-sena 2022 għandha tkun ta' sfida għall-Privatisation Unit (PU), fejn apparti l-proġetti li għaddejjin bħalissa, il-PU se tkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Konċessjoni għad-Drittijiet tal-Lotterija Nazzjonali, li mistennija tiġġenera minimu ta' 40 miljun ewro bħala dħul fil-fondi pubbliċi.

Il-Ministru Abela kkonkluda kif il-miżuri mħabbra fil-Baġit 2022, se jkomplu jżidu r-rata tat-twettieq tal-manifest elettorali, li s'issa twettaq ftit iktar minn 87%.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Baġit li jħares lejn il-futur tad-djalogu soċjali u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Baġit li jħares lejn il-futur tad-djalogu soċjali u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow