Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf

pr211963
Date Icon 30/10/2021

Il-President Vella ddiskuta s-sitwazzjoni reċenti fir-reġjun tal-Golf ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Il-President fakkar li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-GCC bħalissa qed jissawru fil-qafas ta’ Memorandum ta’ Qbil li jinkludi wkoll pjan ta’ azzjoni li ġie ffirmat f’Jannar 2017. Saħaq dwar l-importanza li Malta tagħti lir-relazzjonijiet mas-sħab fir-reġjun kif ukoll lill-Kunsill stess u żied jgħid li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni ser tagħti spinta tajba lejn din id-direzzjoni. 

Il-President Vella osserva li Malta dejjem ħeġġet it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-GCC. Malta tilqa’ t-twessigħ tar-relazzjonijiet permezz ta’ żieda fil-kuntatti bejn il-popli fl-oqsma ekonomiċi, edukattivi u kulturali.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali ddeskriva lil Malta bħala pajjiż li ilu sieħeb tal-Kunsill għal ħafna snin u li l-Kunsill jafdah, u żied jgħid li Malta hija meqjusa bħala l-bieb tal-membri għall-Ewropa. Is-segretarju ġenerali ta ħarsa ġenerali tal-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn il-membri tal-Kunsill u qal li dawn issa ssaħħew f’numru ta’ oqsma. Huwa spjega wkoll il-pożizzjoni tal-GCC dwar l-iżviluppi fil-Libja, fl-Afganistan u fil-Jemen kif ukoll ir-relazzjonijiet mal-Iran.

Il-President Vella huwa mistenni li jżur ir-reġjun tal-Golf is-sena d-dieħla.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo akkumpanja lill-President Vella f’din il-laqgħa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ ma’ Dr Nayef Falah Al-Hajraf, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow