Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

pr211962
Date Icon 29/10/2021

Huwa fatt magħruf li l-gvern preżenti għamel l-aħjar użu ta' fondi Ewropej u dan jidher ċar mill-inizjattivi u proġetti li twettqu fl-aħħar snin f'oqsma differenti fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni, l-oqsma soċjali, l-agrikoltura, l-infrastruttura, in-negozji ż-żgħar u oqsma oħra. 

Wieħed irid ifakkar li filwaqt li fi żmien gvern preċedenti, Malta kienet fil-periklu li titlef miljuni kbar ta' fondi Ewropej, fl-aħħar snin irnexxielha tilħaq waħda mil-ogħla rati ta' assorbiment tal-fondi Ewropej.

F'pajjiżna l-qasam tal-fondi Ewropej huma amministrati minn strutturi b'saħħithom li jissorveljaw il-mod kif jintefqu dawn il-fondi mill-ippjanar sa l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn l-istrutturi jaħdmu b'kollaborazzjoni sħiħa mal-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-gvern se jkompli bil-ħidma tiegħu biex jagħmel l-aqwa investimenti permezz tal-fondi li kiseb fis-sena 2020 għal Malta, fl-ammont ta' €2.27 billjun, li huwa l-akbar pakkett finanzjarju li nkiseb mill-Unjoni Ewropea sa mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow