Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Mas-70 ħaddiem tal-Awtorità tal-Artijiet jibbenefikaw minn ftehim kollettiv ġdid

pr211960
Date Icon 29/10/2021

Jidħol fis-seħħ ftehim kollettiv iffirmat bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-General Workers Union li minnu ser jibbenefikaw  madwar 70 ħaddiem tal-awtorità, li huma fil-grad ta' managers u professjonisti. Permezz tiegħu numru t'impjegati se jibbenefikaw minn żieda finanzjarja. L-iffirmar kien ippresedut mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, is-Sur Robert Noel Vella.

Il-Ministru Schembri spjega kif dawn l-impjegati b'mod immedjat ħa jibbenefikaw minn arretrati datati mill-2019 sal-lum, li jammontaw għal total ta' €335,000.

Huwa żied jgħid  li sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà, dan il-ftehim kollettiv ikopri sa mill-2019 sal-2024. F'termini konkreti, hu fisser li jekk ikollna nħarsu lejn dan l-investiment fuq bażi ta' sitt snin, l-investiment kumulattiv fis-salarji ta' dawn il-ħaddiema tal-Awtorità tal-Artijiet, bejn dawk fi grad ta' professjonisti u dawk fi grad maniġerjali se tkun qabżet il-€1,300,000.

Il-Ministru saħaq li l-għan tal-ftehim kollettiv mhuwiex biss dak finanzjarju, iżda anke sabiex l-ħaddiema jkollhom gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bil-għan li jservi t'aspirazzjoni għall-impjegati. Dan sabiex jimmassimizzaw il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, jipprogressaw fil-karriera u jippromwovu r-reklutaġġ estern flimkien mal-preservazzjoni tal-impjegati attwali.

Huwa nnota kif l-iffirmar ta' dan il-ftehim qed iwassal sabiex issa l-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Artijiet li jammontaw għal madwar 230 persuna huma koperti minn ftehim kollettiv. Fakkar kif fl-2020, l-Awtorità tal-Artijiet kienet daħlet fis-seħħ Ftehim Kollettiv li kien affetwa lill-madwar 140 impjegat tal-Awtorità, flimkien m'impjegati oħra li ġew reklutati wara l-iffirmar tal-ftehim kollettiv, fejn  dan ikkumpensa b'mod finanzjarju lil dawk il-gradi kollha meqjusa bħala overtime grades.

“Dan huwa tassew Gvern li jinvesti fil-ħaddiema tiegħu. L-Awtorità qed tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-impjegati tagħha b'kumpens xieraq għax-xogħol tagħhom. Flimkien qegħdin nimmiraw li l-ħaddiema ikollhom ħeġġa biex javvanzaw fil-karriera personali tagħhom. Fil-fatt, il-ftehim huwa biss parti minn sensiela t'inizjattivi pożittivi li qegħdin jittieħdu, marbuta ma' titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Id-Dipartiment tar-riżorsi umani qiegħed jippermetti wkoll arranġamenti ta' teleworking, flexible hours u anke poloz tas-saħħa," qal il-Ministru Schembri.

Iżda mhux biss. Qed isir ukoll investiment fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema. Hawn hu ħabbar li l-Awtorità tinsab f'diskussjonijiet sabiex tara li jiġi żviluppat programm ġdid ta' studju fejn l-impjegati attwali flimkien mar-rekluti l-ġodda jkollhom possibbiltà li javvanzaw fl-istudji tagħhom u jiksbu siploma billi jipparteċipaw fi programmi magħmulin apposta għalihom. Dawn il-programmi jinkludu aspetti legali, tekniċi u ta' ġestjoni tal-art.

Fil-konklużjoni tiegħu l-Ministru Schembri saħaq kif għal dan il-Gvern il-ħaddiema huma meqjusa bħala s-sinsla t'ekonomija b'saħħitha u fil-qalba tad-deċiżjonijiet tiegħu dejjem qed ipoġġi l-ġid tagħhom. Fakkar kif fil-baġit 2022 introduċa bosta miżuri, bħat-tnaqqis fit-taxxa għal part-timers, tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime, taxxa fuq l-overtime ta' 15% fuq l-ewwel €10,000 u €150 fis-sena f'in-work benefit għal 40,000 ħaddiem li jaħdmu ħinijiet mhux tas-soltu.

Il-Kap Eżekuttiv is-Sur Robert Noel Vella qal kif l-Awtorità tqis il-ħaddiema tagħha bħala l-ispina tas-servizz li toffri. B'hekk, b'dan il-ftehim kollettiv qed tirrikonoxxi l-bżulija u tippremja l-isforzi u l-ħidma effiċjenti. Qal li b'dan l-istess ftehim qed tingħata individwalment ukoll l-importanza mistħoqqa lil dawn il-ħaddiema li jagħmlu xogħol tant siewi fejn tidħol l-amministrazzjoni tal-art u l-propjetajiet tal-Gvern. Qal li ser ikompli  jagħti prijorita' lit-titjib fl-istrutturi tas-salarji, l-benefiċċji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Mas-70 ħaddiem tal-Awtorità tal-Artijiet jibbenefikaw minn ftehim kollettiv ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Mas-70 ħaddiem tal-Awtorità tal-Artijiet jibbenefikaw minn ftehim kollettiv ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Mas-70 ħaddiem tal-Awtorità tal-Artijiet jibbenefikaw minn ftehim kollettiv ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow