Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Il-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel tfaħħar lil pajjiżna dwar strateġiji għas-settur edukattiv

pr211959
Date Icon 29/10/2021

“Malta u l-Italja huma l-unika żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jinsabu avvanzati fl-istrateġiji tagħhom dwar l-edukazzjoni ta’ studenti fis-snin bikrija. U għandkom tkunu kburin li pajjiżkom huwa l-ewwel pajjiż li saħansitra għamel konferenza ta’ livell għoli biex jiddiskuti u jressaq ’il quddiem din il-politika edukattiva”, enfasizzat il-Kummissarju Ewropew għall-Innovazjoni, Riċerka, Kultura, Edukazzjoni u Żgħażagħ Mariya Gabriel.

Il-Kummissarju Gabriel illum tinsab Malta biex ipparteċipat f’konferenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li matulha kienu diskussa l-edukazzjoni ta’ età bikrija u l-Istandards Nazzjonali dwar iċ-Ċentri taċ-Childcare u wkoll kellha laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana.

Il-Kummissarju Gabriel spjegat li din hija politika importanti ferm, għaliex is-snin bikrin huma fundamentali fl-edukazzjoni. “Is-snin bikrin jiżirgħu ż-żerriegħa għall-futur tal-istudenti tagħna”, qalet il-Kummissarju Gabriel. Hija spjegat li l-familja hija importanti, imma l-edukazzjoni bikrija fl-iskejjel hija kruċjali u kumplimentari għal dak li t-tfal jitgħallmu mill-familji tagħhom. Kompliet tgħid li huwa importanti ferm, u hawnhekk faħħret id-dokument ta’ pajjiżna, li nagħtu importanza għall-edukazzjoni bikrija ta’ dawk l-istudenti li ġejjin minn familji vulnerabbli.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fl-intevent tagħha tat ħarsa lejn il-politika tal-Ministeru kif spjegata f’żewġ dokumenti: The National Policy Framework for Early Childhood Education and Care (0-7 years) u National Standards for Early Childhood Educational Care service (0-3 years).

“Bl-implimentazzjoni ta’ dawn iż-żewġ dokumenti qed immexxu ’l quddiem, minkejja l-isfidi kollha li kellna bħall-bqija tad-dinja minħabba l-pandemija, u bħala Gvern qed inkomplu għaddejjin bil-programm vast għal tibdil u titjib f’setturi varji, mhux l-inqas fis-settur edukattiv”, qalet il-Ministru Caruana.

Hija spjegat li d-dokumenti msemmija jirrikonoxxu l-ħiliet differenti tal-istudenti bħala individwi, u dan huwa fattur importanti għall-esperjenza edukattiva tagħhom fis-snin bikrin.

Dan huwa rifless fil-politika edukattiva għal dawn is-snin u wkoll fl-investiment marbut ma’ dawn is-snin, dak ta’ €29 miljun—medja ta’ €7,300 kull tifel u tifla li jattendu madwar ħames sigħat kuljum fil-142 ċentru taċ-ċhildcare madwar Malta u Għawdex.

Wara l-konferenza, il-Ministru Justyne Caruana u l-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel kellhom laqgħa bilaterali li matulha kienu diskussa diversi suġġetti fosthom il-ħidma biex ikompli jitnaqqas il-persentaġġ ta’ dawk li joħorġu kmieni mis-sistema edukattiva u taħriġ, l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, u wkoll saret referenza għal-laqgħa li jmiss fuq livell Ewropew dwar is-settur edukattiv. Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll l-investiment b’fondi Ewropej fis-settur edukattiv bejn l-2014-2020 u projezzjonijiet ta' finanzjament għall-perjodu 2021-2027.

Il-konferenza ta’ dalgħodu kienet indirizzata b’mod virtwali mill-Professur Carmen Dalli, mill-Istitut għall-Istudji Bikrija tat-Tfulija tal-Victoria University f’Wellington, u Dr Jacqueline Vanhear, Direttur fil-Ministeru għall-Edukazzjoni tad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Il-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel tfaħħar lil pajjiżna dwar strateġiji għas-settur edukattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Il-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel tfaħħar lil pajjiżna dwar strateġiji għas-settur edukattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Il-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel tfaħħar lil pajjiżna dwar strateġiji għas-settur edukattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI: Il-Kummissarju Ewropew Mariya Gabriel tfaħħar lil pajjiżna dwar strateġiji għas-settur edukattiv
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow