Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA L-aħħar 3 ijiem għall-użu tal-€100 vouchers. Madwar 90% tal-vouchers stampati utilizzati

pr211957
Date Icon 29/10/2021

Fadal biss l-aħħar tliet ijiem sabiex jiġu użati l-€100 vouchers li l-Gvern nieda fl-aħħar xhur bħala parti mill-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika. Hekk kif l-użu tat-tieni round ta' €100 vouchers jasal fi tmiemu fil-31 ta' Ottubru, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri jappella lil dawk kollha li għadhom m'għamlux użu minnhom sabiex jieħdu din l-opportunità u jikkunsmawhom fil-ħwienet, fir-ristoranti, jew postijiet oħra eliġibbli.  

Informazzjoni miġbura mill-entità MIMCOL turi li madwar 90% kemm tal-vouchers blu u vouchers ħomor stampati ġew utilizzati.  Dan ifisser li fadal madwar 10% tal-vouchers stampati li għadhom iridu jiġu ikkunsmati.  

Il-Ministru Schembri qal li jinsab sodisfatt mir-rispons tal-pubbliku u anke tan-negozji li pparteċipaw fl-iskema li saret bil-għan li tingħata injezzjoni ekonomika ta' madwar €50 miljun fl-ekonomija maltija. Inkoraġġixxa lill-membri tal-pubbliku u lin-negozji sabiex huma wkoll, permezz tal-mezzi diġitali, jgħinu fl-appell li fadal biss ftit sigħat għall-użu ta' dawn il-vouchers.  

Il-Ministru Schembri rringrazzja lill-entità MIMCOL tax-xogħol kollu tagħha sabiex il-proċess kollu mexa bla xkiel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow