Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO implimentati mis-Servizz Pubbliku

pr211950
Date Icon 28/10/2021

Xhieda tal-kontabilità fl-amministrazzjoni pubblika

90% tar-rakkomandazzjonijiet kollha li għamel l-Awditur Ġenerali ġew implimentati mis-Servizz Pubbliku. Dan jimmarka titjib fuq ir-rati ta’ implimentazzjoni fuq is-sena li għaddiet (81%) u sentejn ilu (78%). Din ir-rata ta’ implimentazzjoni ġiet ikkonfermata minn eżerċizzju ppubblikat li għamel l-istess Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Dan tħabbar mill-Kap tas-Servizz Pubbliku Mario Cutajar waqt it-tnedija tal-pubblikazzjoni ‘Governance Action’ li tkopri r-risposta tal-amministrazzjoni pubblika għar-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2019 u ta’ ħdax-il rapport ieħor li l-NAO ħareġ fl-2020.

Is-Sur Cutajar spjega li minn 331 rakkomandazzjoni tal-NAO, intlaqgħu 319 rakkomandazzjoni. Dawn wasslu għal 714 azzjoni biex jiġu indirizzati, li minnhom ġew implimentati 90%, iġifieri 643 rakkomandazzjoni. Fost l-oħrajn, ir-rakkomandazzjonijiet kienu jittrattaw proċeduri ta’ procurement, ġestjoni tal-inventarju u kontrolli interni fl-amministrazzjoni ġenerali u ta’ fondi pubbliċi. 

Fil-pubblikazzjoni mnedija llum, li hi s-sitt edizzjoni, jingħata wkoll rendikont tal-istadju tal-azzjonijiet li kienu rrappurtati bħala pendenti fil-pubblikazzjoni preċedenti.

“Fil-passat, l-Awditur Ġenerali kien jilmenta li jsib l-istess nuqqasijiet sena wara sena għax l-amministrazzjoni ma tkunx tat widen għal li jkun irrapporta. Illum, l-Awditur jirrikonoxxi x-xogħol imwettaq mill-amministrazzjoni pubblika – fil-fatt, qed jaqbel perfettament mal-persentaġġi tal-implimentazzjoni hekk kif irrappurtati minnha, li tkompli tagħti kredibbiltà lil dan l-eżerċizzju”, qal is-Sur Cutajar. 

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku qal li din il-pubblikazzjoni tixhed kemm il-kontabilità qed titħaddem fil-prattika, bi strutturi li s-Servizz Pubbliku daħħal fl-aħħar snin li ġabu permanenza fil-mod ta’ kif tiġi ppjanata u mwettqa l-ħidma. Is-Sur Cutajar ikkonkluda li l-kontabilità se tissaħħaħ aktar bl-istrateġija l-ġdida, li għandha l-kontabilità bħala prinċipju ewlieni flimkien mal-kwalità u mas-sostenibbiltà. 

Wara t-tnedija tal-pubblikazzjoni, is-Segretarju Permanenti Ewlieni ppreżenta kopja tal-pubblikazzjoni lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia u lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara. 

Il-pubblikazzjoni ‘Governance Action on NAO’s Annual Report on Public Accounts 2019 & other NAO reports 2020’ tinsab fuq is-sit tas-Servizz Pubbliku, https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Governance_Action_on_the_NAOsAnnual_Report_on_Public_Accounts_2019_and_other_NAOReports_2020.pdf

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO implimentati mis-Servizz Pubbliku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO implimentati mis-Servizz Pubbliku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO implimentati mis-Servizz Pubbliku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO implimentati mis-Servizz Pubbliku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow