Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Malta se tibqa’ taħdem biex tipproteġi lin-negozji u lill-konsumatur fi żmien ta’ kriżi fl-enerġija

pr211945
Date Icon 26/10/2021

L-għodod finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu massimizzati biex jattiraw investimenti fil-Mediterran għal enerġija rinnovabbli offshore – il-Ministru Miriam Dalli

Waqt li kienet qed tindirizza laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tal-Enerġija fil-Lussemburgu, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħeġġet lill-Kumissjoni Ewropea tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-pajjiżi biex jindirizzaw ir-realtajiet differenti tagħhom waqt din il-kriżi tal-enerġija fl-Ewropa.

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet li l-Gvern Malti huwa kommess li jkompli jipproteġi lin-negozji u lill-konsumaturi matul din il-kriżi. 

Wara li l-mexxejja tal-istati membri ltaqgħu fi Brussell il-ġimgħa li għaddiet, fejn ipparteċipa wkoll il-Prim Ministru Robert Abela, il-ministri tal-enerġija issa ltaqgħu fil-Lussemburgu biex ikomplu jibnu fuq il-konklużjonijiet ta’ dik il-laqgħa u jiddiskutu l-miżuri li għandhom jittieħdu b’mod urġenti.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li Malta għandha fost l-orħos tariffi tal-enerġija fl-UE għax pajjiżna dejjem ħadem biex jissalvagwardja l-kompetittività, in-negozji u lill-familji. Dan għaliex pajjiżna għandu spejjeż sproporzjonati meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra.

L-insularità ta’ Malta bħala gżira maqtugħa mill-kontinent Ewropew u l-pandemija tal-COVID-19 qed ikomplu jżidu l-pressjoni, bir-riskju li jaffettwaw il-kompetittività ta’ Malta.

Il-Ministru Dalli qalet li hekk kif l-għodod proposti mill-Kummissjoni, magħrufa bħala ‘toolbox’, ma jiħdux in kunsiderazzjoni ċerti aspetti, bħas-suq globali jista’ jwassal għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet. 

Il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-importanza tal-enerġija rinnovabbli f’Malta u fakkret li Malta hija kommessa għal enerġija iktar nadifa. Żiedet li huwa importanti li jkun hemm appoġġ b’saħħtu permezz tal-għodod finanzjarji u fondi Ewropej li jattiraw investimenti fil-qasam tal-enerġija offshore fil-Mediterran. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Malta se tibqa’ taħdem biex tipproteġi lin-negozji u lill-konsumatur fi żmien ta’ kriżi fl-enerġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Malta se tibqa’ taħdem biex tipproteġi lin-negozji u lill-konsumatur fi żmien ta’ kriżi fl-enerġija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow