Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Malta li rridu għal uliedna: ċittadini Maltin se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi virtwali madwar l-Ewropa permezz tal-e-ID

pr211942
Date Icon 26/10/2021

Is-sistema tal-e-ID Maltija, amministrata mill-Aġenzija Identity Malta, kisbet l-ogħla ċertifikat ta’ sigurtà kemm fuq livell lokali kif ukoll dak Ewropew. Fil-fatt, is-sistema Maltija tal-e-ID qiegħda fil-proċess li tiġi rikonoxxuta b’mod uffiċjali mill-eIDAS, il-faċilitatur ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea għal tranżazzjonijiet siguri bejn pajjiż u ieħor. 

Dan il-pass se jippermetti lil min għandu l-e-ID f’Malta jaċċessa firxa wiesgħa ta’ servizzi virtwali f’pajjiżi oħra Ewropej, bħal servizzi relatati ma’ taxxa u fil-qasam tas-saħħa. 

Is-sistema tal-e-ID għaddiet minn assessjar rigoruż li sar minn speċjalisti Ewropej. Dan l-assessjar iffoka fuq is-sigurtà u l-awtentikar ta’ informazzjoni bejn il-fruntieri. Għall-ewwel darba kemm ilu jsir dan il-proċess, Identity Malta se tkun qed tassessja pajjiżi oħra li jistgħu jikkwalifikaw, bl-ewwel assessjar isir fuq l-iskema tal-Awstrija. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Malta, is-Sur Anton Sevasta, qal li permezz ta’ din is-sistema, ċittadini Ewropej jistgħu jużaw l-e-ID nazzjonali biex jaċċessaw servizzi online ta’ pajjiżi oħra fl-UE. Spjega li l-karta tal-identità Maltija u d-dokumenti ta’ residenza elettronika, li tnedew dan l-aħħar, tfasslu mill-bidu nett b’mod li jippermetti din l-interroperabbiltà. Is-Sur Sevasta enfasizza li dan huwa paripassu mal-impenn tal-gvern biex aktar servizzi jkunu disponibbli online b’mod sigur.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat qal li dan il-pass huwa ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini u għas-servizzi tal-gvern Ewropej, għaliex jippromwovi l-fiduċja u l-konvenjenza fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet online.

“Dan huwa pass importanti ieħor fit-tnaqqis tal-burokrazija. Mhux biss qed innaqqsu l-proċessi bla bżonn internament, iżda qed niffaċilitaw ukoll il-ħajja għaċ-ċittadini Maltin meta jkollhom bżonn jaċċessaw is-servizzi pprovduti minn pajjiżi oħra”, qal is-segretarju parlamentari.

Huwa kkonkluda li l-Aġenzija Identity Malta qed tkun pijuniera fit-tfassil tat-triq sabiex ħajjet iċ-ċittadini tkun faċilitata kemm jista’ jkun billi tipprovdi servizzi online. 

L-iskema Maltija tal-e-ID ġiet notifikata b’suċċess skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern. Malta bdiet il-proċess ta’ qabel in-notifika tagħha taż-żewġ dokumenti tal-identità f’Marzu 2021.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Malta li rridu għal uliedna: ċittadini Maltin se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi virtwali madwar l-Ewropa permezz tal-e-ID
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Malta li rridu għal uliedna: ċittadini Maltin se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi virtwali madwar l-Ewropa permezz tal-e-ID
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow