Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Żjara statali tal-President fil-Kroazja

pr211941
Date Icon 26/10/2021

Il-President ta' Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella, se jibda żjara statali fil-Kroazja bejn is-26 u d-29 ta' Ottubru wara stedina mill-President Kroat, Zoran Milanovic.

Minbarra laqgħa mal-President Milanovic, l-impenji uffiċjali tal-President ta' Malta se jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru Andrej Plenković u mal-President tal-Parlament Gordan Jandroković, kif ukoll ċerimonji uffiċjali.

Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta se tkun tinkludi, fost l-oħrajn, lill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici u lill-Ambaxxatur ta' Malta għall-Kroazja John Spiteri.

Sakemm il-President ikun il-Kroazja, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow