Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run

pr211939
Date Icon 25/10/2021

Preżenti għat-tnedija kien hemm is-Sinjura Miriam Vella, kif ukoll is-Sur Mark Cutajar, iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Fun Run u l-Kap Eżekuttiv ta' Sport Malta, il-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, Mario Fava, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed, Kevin Chircop, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Cutajar qal li fir-ritorn tal-Fun Run, din is-sena l-format ser ikun wieħed kemxejn differenti hekk kif ser issir mixja f'kull lokalità f'Malta u Għawdex. Fisser kif il-Fun Run ser issir skont il-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u li kull min japplika u jattendi għall-Fun Run, irid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Is-Sur Chircop, f'isem l-isponsor ewlieni Enemed, fisser lil The Malta Community Chest Fund Foundation bħala ħajt ta' kenn għal min jesperjenza ċirkustanzi diffiċli.

F'kelmtejn, is-Sur Mario Fava appella lir-residenti kollha kif ukoll lil kull kunsill lokali f'Malta u f'Għawdex biex jilqgħu l-istedina u jingħaqdu flimkien għal dan l-għan nobbli.

Is-Sur Puli fisser din l-attività bħala waħda li tesprimi l-valur tas-solidarjetà li jħaddan dan il-poplu filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Grima ddeskriva l-Fun Run bħala sinjal ta' tama li fejn hemm l-għaqda, hemm is-saħħa.

F'diskors waqt it-tnedija tal-edizzjoni ta' din is-sena, il-President George Vella fisser kif okkażjoni bħal din tgħaqqad lill-poplu kollu u stqarr li jinsab fiduċjuż li għal darboħra, The Malta Community Chest Fund Foundation ser terġa' ssib l-appoġġ tal-poplu.

Huwa rringrazzja lil kull min hu involut f'dan l-avveniment, u radd ħajr lil-isponsors kollha.

Kull min jixtieq jieħu sehem fil-Fun Run 2021, jista' jirreġistra b'donazzjoni ta' €10, billi jew iżur il-Kunsill Lokali tar-raħal jew belt tiegħu jew inkella japplika mis-sit elettroniku mccf.store.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-12-il edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow