Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jiġu rranġati u jingħataw it-tarmak Triq Birbuba u Triq Ta’ Sdieri fl-Għarb b’valur totali ta’ aktar minn €370,000

pr211937
Date Icon 24/10/2021

Triq Birbuba u Triq ta' Sdieri fl-Għarb ġew irranġati u ngħataw it-tarmak. Dawn iż-żewġ toroq huma parti minn kullana ta' toroq li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed ikompli jirranġa b'investiment bla preċedent madwar il-gżira Għawdxija.

Wara li nbidlulha s-servizzi, Triq Birbuba, l-Għarb, li fiha 2,190 metru kwadru, ġiet irranġata u ngħatat it-tarmak b'valur ta' €206,113. Min-naħa l-oħra, Triq ta' Sdieri tħammlet sal-blat, inbena walk-in culvert għas-servizz tad-dawl u reġa' ġie mgħoddi s-servizz tad-drenaġġ u tal-main tal-ilma. Barra minn hekk, inbnew mill-ġdid il-ħitan tal-ġnub tat-triq. It-triq bi 302.4 metri kwadri ngħatat it-tarmak u tlestiet b'valur ta' €165,200.

Il-Ministeru għal Għawdex din is-sena kompla bi programm ambizzjuż bl-investimenti fl-infrastruttura, ir-riġenerazzjoni ta' pjazez u bajjiet, titjib tal-faċilitajiet, u mmodernizzar fl-infrastruttura rurali u residenzjali.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq f'Għawdex se tibqa' prijorità bil-fatti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' bini ta' toroq arterjali u residenzjali f'Għawdex, din is-sena biss sa Settembru 2021 tlestew madwar 34,000 metru kwadru ta' toroq ġodda. Huwa fakkar kif fil-Baġit għall-2022 ġew allokati €11-il miljun għall-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq – baġit ieħor rekord fl-infrastruttura li jikkonferma bil-fatti l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex li jibqa' jimmodernizza t-toroq f'Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jiġu rranġati u jingħataw it-tarmak Triq Birbuba u Triq Ta’ Sdieri fl-Għarb b’valur totali ta’ aktar minn €370,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jiġu rranġati u jingħataw it-tarmak Triq Birbuba u Triq Ta’ Sdieri fl-Għarb b’valur totali ta’ aktar minn €370,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jiġu rranġati u jingħataw it-tarmak Triq Birbuba u Triq Ta’ Sdieri fl-Għarb b’valur totali ta’ aktar minn €370,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jiġu rranġati u jingħataw it-tarmak Triq Birbuba u Triq Ta’ Sdieri fl-Għarb b’valur totali ta’ aktar minn €370,000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow