Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Malta li rridu għal uliedna: Is-sigurtà tibqa’ pilastru ewlieni f’ħidmet dan il-gvern

pr211930
Date Icon 22/10/2021

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri indirizza konferenza tal-aħbarijiet bit-tema 'Malta li rridu għal uliedna', fejn tkellem dwar kif il-Baġit 2022 se jkompli jinvesti fis-sigurtà biex kull Malti u Għawdxi jibqa' jħossu sigur li jgħix f'pajjiżu.

Il-Ministru Camilleri qal li, meta mqabbel mal-2012, il-baġit għas-sena d-dieħla jara sitt darbiet aktar investiment kapitali għall-entitajiet ewlenin fis-settur tas-sigurtà. Il-Protezzjoni Ċivili se tissokta bl-investiment f'apparat ġdid, rinovar tal-istazzjonijiet minn fejn taħdem u se tagħti aktar taħriġ lill-ħaddiema tagħha. Permezz tal-baġit għall-Forzi Armati ta' Malta, se jkompli għaddej ix-xogħol fuq iċ-ċentru operattiv ġdid f'Ħal Luqa, filwaqt li jinxtara tagħmir tal-aqwa kwalità biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Ministru żied li għal sena oħra se nkomplu nsaħħu r-riżorsi tal-Korp tal-Pulizija. Għaldaqstant, il-gvern se jibqa' jappoġġja bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' trasformazzjoni b'investiment kapitali. “B'dan l-investiment, se nkunu nistgħu nkomplu nwettqu l-proġett tal-pulizija tal-komunità, nirriġeneraw l-għases ewlenin, inġibu vetturi ġodda u teknoloġija moderna li ssaħħaħ l-effiċjenza tal-Korp," spjega l-Ministru. Huwa semma wkoll li ftit ġimgħat oħra l-Korp tal-Pulizija se jkun qed jaġġorna l-proċeduri interni, hekk kif se tiġi introdotta tattoo policy ġdida b'linji gwida ċari.

Flimkien ma' dawn il-miżuri, il-Baġit 2022 se jkun qed isostni l-ħidma tal-Victim Support Agency li twaqqfet aktar kmieni din is-sena. Għaldaqstant, l-appoġġ li jingħataw il-vittmi tal-kriminalità se jibqa' jissaħħaħ billi jiżdiedu l-ħaddiema u l-professjonisti li jservu fl-aġenzija u anke b'uffiċini ġodda fil-qalba tal-komunità.

Is-Servizzi Korrettivi huma wkoll parti integrali mis-sigurtà tal-pajjiż u għaldaqstant se jiddaħħlu prattiċi li jintużaw f'ħabsijiet moderni, fosthom il-liġi tal-moniteraġġ elettroniku, li se tkun għodda korrettiva ġdida. Dan, flimkien mal-bini ta' ċentru ta' rijabilitazzjoni ġdid li jieħu madwar 140 persuna, se jwasslu biex l-istat iwaqqaf l-ewwel low-security prison fil-pajjiż.   

Fuq is-settur tal-immigrazzjoni, il-Ministru Camilleri spjega li l-piż tal-immigrazzjoni kompla jiġi indirizzat bit-twaqqif tar-Returns Unit, li kienet miżura tal-Baġit 2021. Dan flimkien mat-tisħiħ tar-riżorsi umani fi ħdan il-Pulizija tal-Immigrazzjoni u l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali wasslu biex illum naqsu drastikament in-numru ta' nies li jgħixu fiċ-ċentru tal-immigranti. Għalhekk, kif tħabbar fil-baġit, iċ-ċentru tal-immigranti ġewwa l-Marsa jinsab fi stadju avvanzat biex jingħalaq kompletament, mingħajr ma jitpoġġa piż ġdid fuq lokalitajiet oħrajn. Din iż-żona se tiġi riġenerata biex tibda tintuża mill-għaqdiet u żgħażagħ Marsin.

“Jien ħerqan biex, fil-ġimgħat li ġejjin, nibqgħu nagħlqu proġetti li għandna f'idejna u fix-xhur li ġejjin nibdew inwettqu l-inizjattivi ta' Baġit 2022 biex inħallu Malta aħjar għal uliedna," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Malta li rridu għal uliedna: Is-sigurtà tibqa’ pilastru ewlieni f’ħidmet dan il-gvern
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow