Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Għandna ngħinu lill-poplu Libjan jibni daru mill-ġdid

pr211923
Date Icon 22/10/2021

Il-Ministru Evarist Bartolo jindirizza l-ewwel konferenza internazzjonali għall-istabbiltà fil-Libja fl-aħħar għaxar snin

Fi Tripli, fl-ewwel konferenza għall-istabbiltà fil-Libja li qatt saret fl-aħħar għaxar snin, il-Ministru Evarist Bartolo qal li l-komunità internazzjonali għandha tgħin lill-poplu Libjan jibni dar mill-ġdid. Għal din il-konferenza attendew 30 delegazzjoni, inklużi 23 ministri tal-affarijiet barranin minn pajjiżi Ewropej, Għarab, Afrikani, mill-Istati Uniti, mir-Russja, mit-Turkija u min-Nazzjonijiet Magħquda. Il-konferenza tlaqqgħet mill-Gvern Libjan ta’ Għaqda Nazzjonali hekk kif qed isiru t-tħejjijiet għal elezzjoni ġenerali f’Diċembru li ġej. Il-komunikat finali tal-konferenza saħaq dwar il-ħtieġa għal elezzjonijiet trasparenti, ġusti u inklussivi fil-Libja.

Il-Ministru Bartolo qal li għal kważi seba’ miljun Libjan, il-Libja hi d-dar imfarrka tagħhom fejn żewġ terzi jgħixu taħt il-linja tal-faqar, terz huma spostati, eluf ta’ djar flimkien ma’ skejjel u sptarijiet meqruda u nuqqas ta’ provvista konsistenti ta’ elettriku u ilma. Dan minkejja li l-Libja hi fost l-aktar pajjiżi sinjuri fil-Mediterran.

“Bħala komunità internazzjonali, l-inqas li nistgħu nagħmlu hu li ngħinu lil-Libjani biex jerġgħu jibnu darhom iżda mingħajr ma nindaħlu u nimponu soluzzjonijiet li joħolqu aktar problemi. Il-Libja ma tistax terġa’ tinbena minn fuq u minn barra, bħallikieku qed tipprova tibni dar mis-saqaf ’l isfel, din tiġġarraf”.

Il-Ministru Bartolo qal li l-Libja trid tinbena mill-qiegħ, mil-Libjani u għal-Libjani, imma biex jagħmlu dan, il-Libjani jridu jsibu modi kif jgħixu u jaħdmu flimkien. Il-firdiet tal-Libjani jgħinu lil dawk il-Libjani u lill-barranin li jridu li l-Libja tibqa’ mhux governabbli biex ikunu jistgħu jisfruttawha fl-interessi tagħhom stess. Jeħtieġ li jkun hemm rikonċiljazzjoni fost il-Libjani. u l-għedewwa tal-bieraħ u tal-lum iridu jsiru l-imsieħba ta’ għada.

Pass indispensabbli hu li jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari. Waħidhom ftit li xejn se jkunu ta’ soluzzjoni, iżda mingħajrhom is-sitwazzjoni se tmur għall-agħar peress li mhux se jkun hemm awtorità leġittima fil-Libja u se ssir saħansitra aktar ingovernabbli li tagħmilha impossibbli li jgħaqqdu istituzzjonijiet militari, finanzjarji u politiċi nazzjonali li mingħajrhom ma jkunx hemm stabbiltà.

Irridu niffukaw fuq l-irtirar tal-merċenarji bħala l-ewwel pass. Dan irid jiġi ġestit tajjeb u jkun f’idejn in-Nazzjonijiet Magħquda li għandha tingħata l-appoġġ meħtieġ biex tara li dan l-irtirar jiġi mmaniġġjat tajjeb f’kull stadju jekk ma rridux nesportaw merċenarji armati f’pajjiżi oħra.

L-irtirar tal-preżenza militari barranija kollha jeħtieġ li jkun gradwali, inkrementali u verifikabbli u realistikament jieħu aktar żmien biex jitwettaq. Mhux realistiku li jkun hemm approċċ ‘big bang’ għall-irtirar peress li joħloq problemi kbar u jfixkel l-ekwilibriju fraġli eżistenti permezz tal-bilanċ tal-forzi. Jekk dan l-ekwilibriju jinkiser, il-Libja tista’ tikkollassa totalment u internament u tiddestabilizza lill-ġirien kollha.

“Għandna bżonn nappoġġaw lill-poplu Libjan fit-triq diffiċli li għandna quddiemna biex nerġgħu niksbu l-kontroll tal-Libja, biex nużaw il-ġid tal-Libja għall-benefiċċju tal-Libjani kollha. Jalla jirbaħ l-ispirtu tal-għalliem, mexxej u martri Omar Mukhtar (1858-1931): dan issagrifika ħajtu għal Libja ħielsa u magħquda. Ġewwa l-Libja u barra hemm min l-interess tiegħu hu li l-aħwa Libjani jkomplu joqtlu u jiġġieldu lil xulxin biex ikunu jistgħu jieħdu għalihom il-ġid li hu tal-poplu Libjan kollu. Irridu negħlbu lil dawk li l-interess tagħhom hu li l-Libja tibqa’ ingovernabbli”, saħaq il-Ministru Bartolo.

Ritratti (MFEA)

a. Rappreżentanti minn madwar id-dinja fl-ewwel konferenza tal-istabbiltà tal-Libja, fi Tripli.

b. Il-Ministru Bartolo jitkellem mal-Ministru Libjana Najla Al Mangoush.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Għandna ngħinu lill-poplu Libjan jibni daru mill-ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Għandna ngħinu lill-poplu Libjan jibni daru mill-ġdid
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow