Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Se jkun qed isir l-istħarriġ magħruf bħala n-National Household Transport Survey

pr211921
Date Icon 21/10/2021

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li se jkun qed isir l-istħarriġ magħruf bħala n-National Household Transport Survey, proġett ta' kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-NSO, li jsir bejn wieħed u ieħor kull 10 snin. L-aħħar li kien sar fl-2010. Din is-sena se tkun qed timmarka r-raba' edizzjoni ta' dan is-survey u għall-ewwel darba se jseħħ b'mod online.

In-National Household Transport Survey huwa maħdum sabiex jagħti stampa ċara tal-imġieba fit-toroq u anke jagħtu mudell tal-modi ta' vjaġġar mill-familji f'pajjiżna.

Il-Ministru Ian Borg qal li dan is-survey se jkun mod ieħor effettiv ħafna li permezz tiegħu se jiffaċilità il-pjanijiet għall-futur ta' pajjiżna u li se juri bl-aktar mod ċar l-aħjar modi possibbli ta' kif għandha ssir il-bidla b'mod naturali għall-aktar mobbilità u trasport nadif.

“F'dawn l-aħħar 10 snin saru bosta tibdiliet u speċifikament f'dawn l-aħħar snin rajna ħafna titjib fis-settur tat-trasport fejn anka tajna aktar opportunitajiet u inċentivajna lin-nies sabiex jużaw modi oħra aktar sostenibbli ta' kif wieħed jivjaġġa. Se nkunu qed nagħtu trasport pubbliku b'xejn lil kulħadd. Din hija miżura li intlaqet tajjeb ħafna fil-baġit ta' din is-sena li permezz tagħha se nkunu qegħdin nilħqu kull sfera tas-soċjetà tagħna u b'konformità mal-viżjoni ta' dan il-gvern soċjali naraw li ma jitħalla ħadd barra. Tajna l-akbar pakkett ta' grants sabiex nerfgħu mill-piż minn fuq il-poplu u nkomplu ninċentivaw il-bidla għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku u għalhekk iniġġsu inqas. Nedejna servizzi ta' bike-sharing, tajna servizz tal-fast ferry li tajjeb wieħed jirrimarka li diġà fl-ewwel erba' xhur total ta' 250,000 persuna użaw dan is-servizz tal-baħar. Se nkunu qed nagħtu l-itwal cycle lane ta' pajjiżna b'tul ta' 4.3km bħala parti mill-proġett tas-Central Link li dalwaqt se jkun inawgurat. Ċerti deċiżjonijiet bħall-metro jeħtieġu ammonti kbar ta' data biex jiġu ttestjati, u d-data ta' dan is-survey se tippermettilna nipperfezzjonaw aktar il-proposta attwali", qal il-Ministru Ian Borg.

L-NSO se tkun qed tagħmel is-survey kif ukoll tiġbor id-data meħtieġa. Id-data se tintuża biex tintroduċi politika u miżuri ġodda li għandhom jiġu inklużi fl-aġġornament tat-Transport Master Plan sal-2030 u se jkun kontribut effettiv li jgħin sabiex jintlaħqu l-EU targets fejn jidħol l-ambjent.

Is-survey jikkonsisti f'żewġ partijiet. L-ewwel parti tinkludi mistoqsijiet ġenerali inklużi dawk rigward il-membri tad-dar u l-vetturi li għandhom aċċess għalihom. Din il-parti tal-istħarriġ għandha titlesta qabel Jum l-Ivvjaġġar li hu fis-17 ta' Novembru 2021. It-tieni parti titlob lil kull membru tad-dar ta' 'l fuq minn 14-il sena sabiex jirreġistra l-vjaġġi li jkunu saru f'Jum l-Ivvjaġġar li jkun is-17 ta' Novembru.

Sabiex wieħed jipparteċipafis-survey, dan jista' jżur il-website: https://nhts21.gov.mt 

Għall-membri tad-dar li m'għandhomx aċċess għall-internet jew li mhumiex f'pożizzjoni li jimlew is-survey online, dawn jistgħu iċemplu fuq in-numru 8007 4474.

pr211921c.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Se jkun qed isir l-istħarriġ magħruf bħala n-National Household Transport Survey
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Se jkun qed isir l-istħarriġ magħruf bħala n-National Household Transport Survey
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow