Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imħabbra l-kampanja Children’s Dreams ta’ din is-sena

pr211916
Date Icon 21/10/2021

Il-Ħamis filgħodu tħabbret il-kampanja Children’s Dreams għad-disa’ sena konsekuttiva sabiex numru ta’ tfal jaqtgħu x-xewqa u l-ħolm tagħhom. Din l-inizzjativa qed issir mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.

Din is-sena hemm 2337 ħolma u xewqa li jridu jiġu provduti, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. 

Il-Ministru Michael Falzon qal li ta’ kull sena din il-kampanja dejjem qed tikber fil-popolarità tagħha u din hija xhieda ta’ kemm din is-soċjetà hija solidari u li dejjem trid tgħin, speċjalment fejn jidħlu każijiet ta’ tfal.

Il-Minsitru Michael Falzon qal li s-sena 2021 fissret l-introduzzjoni ta’ diversi emendi fil-Liġi tat-Tfal, speċjalment fejn jidħlu d-direttorati tat-tfal u kura alternattiva.

“It-tfal huma fost dawk l-aktar li għandhom id-dritt li joħolmu u jaspiraw għal ħajja aħjar, filwaqt li kull tifel u tifla għandhom ikollhom ambizzjonijiet pożittivi għall-futur, irrespitivament minn liem sitwazzjoni ikunu jinsabu fiha”, saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Kull min jixtieq jagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi tifel jew  tifla, jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq is-sit childrendreams.org. Hemmhekk individwi jistgħu jsibu l-ħolm tat-tfal, jagħżlu huma x’jixtiequ jagħtu, u jħallu d-dettalji tagħhom. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imħabbra l-kampanja Children’s Dreams ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imħabbra l-kampanja Children’s Dreams ta’ din is-sena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow