Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Università

pr211913
Date Icon 21/10/2021

Ilbieraħ il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes kien preżenti għall-iffirmar tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni dwar l-istudju li qed isir fuq il-care plan għal benefiċjarji tal-akkomodazzjoni soċjali, ftehim li ġie ffirmat ġewwa wieħed mill-appartamenti l-ġodda tal-housing soċjali. Din hija waħda mill-ewwel miżuri tal-Budget 2022 li qed tiġi implimentata. 

Il-Ministru Galdes qal li, “Dan il-budget se nibdew inwettquh mil-lum. Illum inġbarna biex niffirmaw ftehim li jikkonsolida r-rabta bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà. Flimkien se nkomplu nużaw ir-riċerka, l-esperjenza u l-għarfien biex infasslu politika personalizzata.”

“Persuna tiġi għand l-Awtorità tad-Djar għax ikollha sfida biex tassigura saqaf fuq rasha fejn ħafna drabi jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli, sfidi ta’ saħħa, ċirkostanzi ta’ abbuż u sfidi oħra. L-għan ta’ dan is-servizz hu li nsaħħu l-familja li tiġi tapplika. Bħalma ġie mħabbar fil-jiem li għaddew, il-care plan ħa jiġi implimentat ftit ftit u b’mod gradwali u ħa jkun qed jiġi estiż għall-applikanti u l-benefiċjarji kollha tal-housing,” spjega l-Ministru Roderick Galdes. 

Fl-istudju li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Università u li qiegħed jiġi ffinanzjat mill-Housing Development Fund fi ħdan l-Awtorità tad-Djar beda jħejji biex applikanti għall-akkomodazzjoni u benfiċjarji ta’ housing soċjali jkollhom pjan komprensiv li jagħti wens, attenzjoni, u servizzi biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li jkunu wassluhom fil-bżonn. Dan il-Care Plan ħa jgħin lill-applikanti jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-livell tal-għajxien tagħhom u mhux sempliċiment jingħataw akkomodazzjoni alternattiva. 

L-iffirmar tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni ġie ffirmat mill-Awtorità tad-Djar u l-Università ta’ Malta. Għan-nom l-Awtorità ffirmaw iċ-Chairman Robert Ducker u l-Kap Eżekuttiv Leonid McKay, filwaqt li għall-Università ffirmaw il-Pro-Rettur, il-Professur Tanya Sammut-Bonnici u d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi. 

Min-naħa tiegħu, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi spjega li, “Din hija okkażjoni oħra fejn il-politika ssir mill-grassroots, fejn dak li għandu jseħħ ma jkunx idea jew ħolma tal-policy maker imma jinbet mill-bżonn tal-protagonisti.  Bħala Fakultà li qegħdin qrib li ngħalqu l-10 snin il-viżjoni hija dejjem dik, ċioè, li tinħoloq konversazzjoni mal-grassroots li minna jixxettel ħsieb u reżistenza biex dak li huwa ħażin jiġi indirizzat.  Il-politika soċjali tkun fl-aqwa tagħha meta tirrispondi għall-bżonn u meta tirrispondi għal dak il-bżonn mingħajr ma toħloq dipendenza.  Din ir-relazzjoni li qed tikber bejn il-Ministeru tal-Akkomadazzjoni u l-Fakultà għandha tkompli tissaħħaħ għax issa għandna prova permezz ta' dan il-proġett li tħalli l-ġid.”

Preżenti għal dan l-iffirmar kien hemm ukoll iċ-Chairperson tal-Housing Development Fund, Charmaine Mangion fejn saħqet li, “Jekk hemm riżorsa illi verament hija tiegħek għal dejjem, hija propju l-edukazzjoni u l-għarfien personali. Grazzi għall-kollaborazzjoni flimkien mal-Ministru Roderick Galdes u l-Fakultà tas-Social Well Being dan il-care plan ħa joffri assistenza għall-applikanti tal-housing, fejn kull bżonn individwali jiġi analizzat u ħa jiġu offruti servizzi ippersonalizzati. Ħa ninvestu fin-nies bħala individwi u mhux sempliċiment numru jew każ ġeneriku.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Università
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Università
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Università
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Università
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow