STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Statistika dwar servizzi governattivi mogħtija lill-pubbliku
Fit-tielet kwart tas-sena, ġew irreġistrati iktar minn 75,000 żjara fil-wieħed u għoxrin ċentru reġjonali u fiż-żewġ ċentri tekniċi ta' servizz.gov f'Malta. Minnhom, 27,000 żjara kienu fuq assistenza għaċ-ċertifikat tal-vaċċin fiċ-ċentri f'Malta u tnejn oħra f'Għawdex. L-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk tal-Ħamrun, tal-Qawra u taż-Żejtun. Dawn iċ-ċifri ħarġu minn statistika uffiċjali miġbura mill-aġenzija servizz.gov għat-tielet kwart tas-sena 2021.
Min-naħa l-oħra, l-iktar ċentru tekniku li laqa' persuni kien dak tat-Taxpayer Service servizz.gov. F'dan il-kwart tas-sena ġew irreġistrati 7,077 żjara. Iċ-ċentru tal-edukazzjoni, edu servizz.gov, irreġistra ftit iktar minn 1,900 żjara.
Min-naħa l-oħra, matul Lulju, Awwissu u Settembru, il-Freephone 153 wieġeb total ta' 184,810 telefonata. L-ikbar numru ta' mistoqsijiet kienu dwar taxxa u Jobsplus.
Ħarsa lejn il-one-stop-shop online turi li s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt baqa' mfittex mill-klijenti ta' servizz.gov. Fil-fatt, fit-tielet kwart tas-sena, il-klijenti ta' servizz.gov aċċessaw is-sit 310,725 darba.
It-total ta' mobile apps fil-maltapps tniżżlu 15,930 darba. L-iktar app li tniżżlet kienet dik ta' COVID Alert Malta, li tniżżlet 5,606 darbiet.
Min-naħa l-oħra ntbagħtu 11,447 ittra elettronika lil servizz@gov.mt, filwaqt li Settembru kien l-aktar xahar li fih irċieva ittri elettroniċi.
servizz.gov għandu preżenza wkoll fuq il-midja soċjali kemm fuq Facebook kif ukoll Instagram.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958