Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Deroga għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2021

pr211907
Date Icon 20/10/2021

Il-gvern, wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-istaġun għall-insib tal-malvizz mill-20 ta' Ottubru 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021 u għall-pluviera mill-1 ta' Novembru 2021 sal-10 ta' Jannar 2022 bi kwota nazzjonali ta' 5,000 malvizz u 700 pluviera.

Kull min huwa liċenzjat li jonsob għall-malvizz u l-pluviera se jkun:

  1. Obbligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad immedjatament billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.
  1. Jekk jaqbad malvizz jew pluviera b'ċurkett xjentifiku, obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket li hija inkluża mal-liċenzja speċjali u maħruġa f'isem il-persuna bil-liċenzja.
  1. Jirrapporta l-effort tal-insib (trapping effort) kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx mlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew juża l-mobile app 'Game Reporting MT', kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta' messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex jissegwu, u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow