Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks

pr211905
Date Icon 19/10/2021

Il-President ta' Malta George Vella żar il-binja ta' General Soft Drinks Ltd, fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Il-President u s-Sinjura Vella ġew spjegati l-proċess fit-taqsimiet ta' produzzjoni, imbottiljar, u ppakkjar, u kellhom l-opportunità li jiltaqgħu u jitkellmu ma' diversi impjegati tal-kumpanija.

Fid-diskors tiegħu, il-President Vella faħħar lil General Soft Drinks għall-kontribut tagħha lill-ekonomija Maltija u ddeskriva l-kumpanija bħala “pilastru tas-settur tal-manifattura f'Malta."

Il-President Vella nnota l-importanza li din il-kumpanija tagħti lill-ambjent u s-sostenibbiltà, speċjalment fil-ħidma tagħha biex tindirizza l-kwistjoni tal-iskart mill-plastik f'Malta u l-pjanijiet tagħha għall-ġejjieni biex tittratta l-iskart mill-plastik b'mod ġenerali. Huwa ħeġġeġ lill-impjegati kollha biex ikomplu jaħdmu f'dan l-impenn tagħhom u jistinkaw f'dan ir-rigward.

“Ikun tajjeb ukoll li narawkom tiżviluppaw aktar l-interazzjoni tagħkom mal-istudenti li jibdew taħriġ vokazzjonali. L-esperjenza prattika f'din il-binja, u f'ambjent professjonali ta' livell għoli, tista' tipprovdi benefiċċji enormi lill-istudenti żgħażagħ tagħna", qal il-President Vella.

Huwa faħħar ukoll ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-kumpanija u rringrazzja lill-kumpanija għall-appoġġ kontinwu tagħha lill-Malta Community Chest Fund Foundation.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur General Soft Drinks
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow