Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jinawgura l-konferenza internazzjonali tal-Università ta’ Malta bl-isem “MUŻE.X - Shaping Museum Futures”

pr211903
Date Icon 19/10/2021

“Hekk kif il-mużewijiet għaddejjin minn żminijiet ta’ inċertezza, id-diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom jistgħu jkunu informati mill-ħtieġa li l-mużewijiet jiġu mibdula fi spazji tassew demokratiċi, inklussivi u polifoniċi għal diskussjonijiet kritiċi dwar il-passat u l-futur”, qal il-President ta’ Malta nhar it-Tnejn filgħaxija waqt li inawgura l-konferenza “MUŻE.X - Shaping Museum Futures”.

Din hija konferenza fuq tlett ijiem li tlaqqa’ lil managers u kuraturi tal-mużewijiet, riċerkaturi u studenti u partijiet interessati fl-industrija minn madwar id-dinja kollha biex jiddiskutu u jiddibattu l-ġejjieni tal-mużewijiet u x-xejriet li jistgħu jieħdu.

Il-President qal li din il-konferenza hija opportunità tajba ħafna biex jiġu rikonoxxuti l-isforzi tal-Università ta’ Malta fit-tmexxija ta’ ħsibijiet ġodda u fil-ħolqien tal-ambjent it-tajjeb biex isir dan, sabiex jakkwistaw irwol internazzjonali f’dan il-qasam. 

Il-President Vella spjega li diskussjoni oħra possibbli tista’ tkun dik dwar jekk il-mużewijiet qattx jistgħu jintegraw bis-sħiħ fi ħdan il-komunitajiet, fejn jaġixxu bħala xprun għal bidliet radikali billi jinformaw u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ soċjetajiet aħjar.

Il-modi u l-mezzi kif il-mużewijiet jistgħu jippromwovu l-inklużjoni soċjali u jikkontribwixxu għal għarfien aħjar dwar l-ambjent naturali “u jieħdu l-impenn li jappoġġjaw azzjoni sinifikanti u sostanzjali b’reazzjoni għat-tibdil fil-klima”, hija kwistjoni oħra li l-President iddeskriva bħala valida b’mod sinifikanti għad-diskussjoni. 

Il-President awgura li din il-konferenza tikkontribwixxi għal dibattiti internazzjonali dwar il-futur tal-mużewijiet b’modi sinifikanti li jistgħu jagħtu kontribut b’mod sostanzjali għal dinja aħjar. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jinawgura l-konferenza internazzjonali tal-Università ta’ Malta bl-isem “MUŻE.X - Shaping Museum Futures”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jinawgura l-konferenza internazzjonali tal-Università ta’ Malta bl-isem “MUŻE.X - Shaping Museum Futures”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jinawgura l-konferenza internazzjonali tal-Università ta’ Malta bl-isem “MUŻE.X - Shaping Museum Futures”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow