Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li Nixtieq’ – Il-futur tas-saħħa, tal-valuri u tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea diskussi f’laqgħat pubbliċi

pr211897
Date Icon 17/10/2021

B'rabta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, is-Servizzi Ewropej Malta (SEM) u Europe Direct Valletta organizzaw tliet diskussjonijiet pubbliċi bit-tema: 'L-Ewropa li Nixtieq'. Din hija inizjattiva li qiegħda ssir matul din is-sena fl-Ewropa kollha, biex ċittadini minn kull qasam tal-ħajja jagħtu l-opinjoni, jaqsmu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom dwar kif jixtiequ li jkun il-futur tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' SEM Mandy Falzon, u ma' panel ta' kelliema u esperti pparteċipaw f'dawn it-tliet laqgħat, li kienu ffukati fuq il-futur tas-saħħa, il-valuri Ewropej, u l-futur tax-xogħol fl-UE.

Fost il-punti ewlenin li tqajjmu fl-ewwel laqgħa dwar il-futur tas-saħħa fl-UE, ġiet diskussas-saħħa fiżika u mentali taċ-ċittadini Ewropej, id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, it-trattament u l-kura għal mard transfruntier, it-tagħmir tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jipprevenu u jindirizzaw aħjar il-pandemiji futuri, u t-tisħiħ tal-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri biex jindirizzaw aħjar theddid komuni.

Il-Ministru Carmelo Abela saħaq dwar l-importanza li npoġġu lill-pazjenti iktar fiċ-ċentru tas-servizzi tas-saħħa billi nirrikonoxxu li pazjenti differenti għandhom bżonnijiet differenti. Il-Ministru qal: “Għandna nkomplu nibnu fuq dak li tgħallimna mill-pandemija, b'mod speċjali fejn tidħol il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, li rnexxiet ħafna fix-xiri tat-tilqim u li dan issa għandu jitwessa' għal każijiet oħra, bħal mard rari."

Fit-tieni laqgħa ġiet diskussa t-triq 'il quddiem fejn jidħol it-tisħiħ tal-valuri Ewropej tad-demokrazija, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali.

Il-Ministru rrimarka dwar l-importanza li l-valuri Ewropej jitħaddnu mill-pajjiżi u ċ-ċittadini kollha. Qal li rridu li jkollna Ewropa li tikkonċentra fuq il-bżonnijiet tan-nies, u li kulħadd jaħdem għalihom. Speċifikament, il-Ministru għamel referenza għall-valur tas-solidarjetà li mhux dejjem jitħaddem fil-prattika mill-pajjiżi kollha.

Matul it-tielet laqgħa dwar il-futur tax-xogħol fl-UE għal soċjetà iktar ġusta, ġew diskussi l-kundizzjonijiet tal-impjiegi, iktar għarfien dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, u l-ugwaljanza.

Il-Ministru Carmelo Abela semma kif qed isir xogħol biex titressaq paper għall-konsultazzjoni kemm mal-pubbliku u mal-imsieħba soċjali biex tissaħħaħ il-liġi tax-xogħol.

Kull min jixtieq jikkontribwixxi bl-ideat dwar suġġetti marbuta mal-futur tal-Unjoni Ewropea jista' jidħol direttament fil-pjattaforma diġitali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, jew jibgħat il-kontribut tiegħu bil-miktub lil info.sem@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li Nixtieq’ – Il-futur tas-saħħa, tal-valuri u tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea diskussi f’laqgħat pubbliċi
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li Nixtieq’ – Il-futur tas-saħħa, tal-valuri u tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea diskussi f’laqgħat pubbliċi
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li Nixtieq’ – Il-futur tas-saħħa, tal-valuri u tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea diskussi f’laqgħat pubbliċi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow