Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Baġit li juri li dan hu gvern tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt

pr211896
Date Icon 16/10/2021

Fil-Baġit għas-sena 2022, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza ġie allokat €48 miljun, b’ żieda ta’ 45% fuq is-sena li għaddiet, sabiex jiġu investiti fi proġetti ġodda fil-qasam tal-ġustizzja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis stqarr li, “Permezz ta’ dan il-baġit, se nkomplu nagħtu prijorità lill-buon governanza u s-saltna tad-dritt. Se nkomplu nwettqu dan sabiex inkomplu nsaħħu lill-istituzzjonijiet tagħna u r-reputazzjoni tagħna barra minn xtutna. Din hija turija ċara li dan il-gvern verament jemmen fil-ġustizzja, il-buon governanza u s-saltna tad-dritt”.

L-effiċjenza fil-proċedura ġudizzjarja tibqa’ prijorità. F’ħidma flimkien mal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, se jkompli jiġi offrut l-aħjar appoġġ lill-membri tal-ġudikatura. Huwa għalhekk li din l-aġenzija ġiet allokata 20% aktar mis-sena l-oħra sabiex issaħħaħ l-operat tagħha. Fis-sena 2022, se tinbena awla ġdida fil-bini preżenti tal-Qorti ta’ Malta li permezz tagħha huwa stmat li kull sena jkun hemm żieda ta’ 5,180 seduta, li tfisser żieda ta’ kważi 4% fl-ammont ta’ seduti fis-sena. 

Saret żieda sostanzjali ta’ kważi 80% fl-allokazzjoni tal-operat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, dan sabiex jiġi assigurat li dan l-uffiċċju huwa mgħammar b’riżorsi adattati u jindirizza l-ammont ta’ xogħol li se jieħu fuqu dan l-uffiċċju. 

L-investiment fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat u tal-Avukat Ġenerali fis-sena 2022 se jkompli. Ġew allokati €2 miljun sabiex jitwettqu proġetti ġodda. Ġew allokati wkoll €2.25 miljun, żieda ta’ 32% mis-sena 2021, sabiex dan l-uffiċċju jkompli jinvesti fl-operat u r-riżorsi umani tiegħu. 

Wara li daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità (Proceeds of Crime Act), l-investiment fl-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi se jkompli jiżdied, u se tiġi provduta teknoloġija ġdida sabiex dan l-uffiċċju jkompli jinvesti fi proġetti ġodda għall-iskambju, il-ġestjoni u l-irkupru ta’ informazzjoni. Ġew allokati ħames mitt elf ewro, żieda ta 150% fuq is-sena 2021.

F’dan il-Baġit, ġiet imħabbra żieda ta’ 16% fuq is-sena li għaddiet fl-allokazzjoni għall-proġetti tat-teknoloġija u l-informatika. L-investiment fid-diġitalizzazzjoni tal-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru komplew jitwettqu b’ritmu mgħaġġel fl-2021. Permezz ta’ din l-allokazzjoni, se jkompli jiġi aċċertat li l-entitajiet jibqgħu jiġu mgħammra bl-aħħar teknoloġija u l-impjegati jibqgħu jiġu mħarrġa.

Is-settur tal-ġustizzja se jibbenefika wkoll minn fondi li se jingħataw lil Malta skond il-Pjan ta’ Reżiljenza u Rkupru li l-gvern ressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea sabiex ikollna Malta aktar diġitali. L-istess pjan ġie mfaħħar mill-Kummissjoni Ewropea bħala wieħed mill-aqwa mis-27 stati membri tal-Unjoni Ewropea. Il-benefiċċju li se jibbenefika minnu dan is-settur is-sena d-dieħla huwa ta’ miljun ewro. 

Dan il-gvern se jibqa’ jaħdem bis-sħiħ sabiex ikompli jagħmel ir-riformi meħtieġa, ma waqafx mar-riforma tal-Kummissjoni Venezja, fejn tbiddel il-proċess li bih jiġu appuntati l-membri fuq l-istess bord. Fil-Baġit 2022, ġew allokati aktar fondi lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Koruzzjoni. 

Tkompla wkoll l-investiment fl-Aġenzija għall-Għajnuna Legali sabiex ikomplu jiġu msaħħa r-riżorsi tagħha. L-allokazzjoni f’dan l-operat żdiedet għal €630 elf – żieda ta 7% fuq is-sena li għaddiet.

Il-Ministru Zammit Lewis għalaq id-diskors tiegħu billi fakkar illi kien dan il-gvern li rnexxielu jagħmel riformi u investiment bla preċedent. Dan ix-xogħol u l-investiment kollu qiegħed jiġi rikonoxxut fuq livell internazzjonali u Ewropew – inkluż mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea Ursula Von der Leyen, fl-indirizz tagħha fl-Istate of the Union, fejn irrikonoxxiet ir-riformi li wettaqna. 

“Għal dan l-għan u għall-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, dan il-gvern se jkompli jaħdem bla waqfien biex ikompli jkollna sistema ta’ ġustizzja effettiva u effiċjenti li verament ma tħares lejn wiċċ ħadd. Ir-riformi u l-governanza t-tajba saru sinonimi mal-amministrazzjoni Robert Abela. Dan huwa l-gvern li qed jaħdem u jinvesti f’Malta aħjar għal uliedna,” qal il-Ministru Zammit Lewis.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Baġit li juri li dan hu gvern tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Baġit li juri li dan hu gvern tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA: Baġit li juri li dan hu gvern tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow