Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jżur il-Port Ħieles

pr211894
Date Icon 15/10/2021

Waqt żjara li l-President ta' Malta George Vella kellu fil-Port Ħieles innota kif fiċ-ċirkustanzi tal-aħħar xhur, il-ħidma fil-Port kienet waħda “fundamentali għalina bħala gżira, speċjalment meta wieħed iqis li 85% tal-oġġetti importati li nikkunsmaw jgħaddu mill-Port Ħieles."

F'diskors matul iż-żjara li għaliha l-President kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, il-President irrikonoxxa l-ġieħ li jixraqlu l-Port Ħieles għall-kontribut li ta tul is-snin lit-tkabbir tal-ekonomija Maltija, l-opportunitajiet ta' xogħol u l-irwol prominenti li ta lil Malta fir-reġjun Mediterran.

Huwa nnota bi pjaċir li l-Korporazzjoni ssieħbet mal-Assoċjazzjoni 'MedPorts' bħala membru fundatur u stqarr li dan kien “pass għaqli ħafna għaliex dawn it-tip ta' sħubiji jgħinu ħafna sabiex jiġu diskussi miżuri tal-aħjar prattika u taħriġ."

Il-President tkellem ukoll dwar l-importanza tal-infurzar tar-regoli tal-ħarsien tas-sigurtà biex is-saħħa tal-1,500 impjegat tkun garanita.

F'isem il-poplu Malti, il-President radd ħajr lill-ħaddiema tal-Port Ħieles għall-irwol kruċjali li komplew jaqdu matul il-pandemija biex ir-rota tkompli ddur u jittaffew l-effetti fuq il-familji Maltin u Għawdxin. Wera wkoll apprezzament għall-ħidma li qed issir biex il-lokal ta' Birżebbuġa tingħatalu importanza fir-rigward tal-impatt li l-operat tal-Port Ħieles jista' jkollu fuq l-ambjent tal-madwar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jżur il-Port Ħieles
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jżur il-Port Ħieles
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jżur il-Port Ħieles
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jżur il-Port Ħieles
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow