Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE

pr211888
Date Icon 15/10/2021

Il-President ta’ Malta George Vella faħħar lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (l-EASO), l-unika aġenzija tal-Unjoni Ewropea bbażata f’Malta, u ddeskriviha bħala storja ta’ suċċess sa mit-twaqqif tagħha fl-2011. Huwa ħeġġeġ lill-aġenzija tkompli tagħti riżultati bl-istess livell ta’ impenn u standards għoljin. Fl-istess ħin, esprima d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta’ progress li sar fil-livell intergovernattiv fi ħdan l-Unjoni biex jiġi żblokkat in-nuqqas ta’ kunsens dwar il-migrazzjoni. Wissa wkoll li, jekk jibqgħu jippersistu l-firdiet attwali bejn l-istati membri dwar din il-kwistjoni, għal darb’oħra se jkollna sitwazzjoni fejn il-pajjiżi l-aktar esposti jitħallew ifendu għal rashom.

Meta indirizza konferenza li saret fil-Belt Valletta biex jitfakkar l-10 anniversarju tal-EASO, il-President irrimarka li, minkejja d-diversi tentattivi magħmula u inizjattivi meħuda – inklużi ħafna minn Malta stess matul dawn l-aħħar snin – ir-riżultati għadhom ‘il bogħod milli jkunu jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet fundamentali tal-istati membri tal-UE. “Bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi jekk wasalx iż-żmien li jsir progress minn dawk li tassew iriduh – u li huma lesti li jikkontribwixxu għalih. Hemm għalfejn li r-rieda tal-ħafna li jaġixxu b’mod tanġibbli għal soluzzjoni tiġi mblokkata mill-ftit? Tista’ din tkun każ fejn “koalizzjoni tal-pajjiżi disposti” fost l-istati membri tal-UE tieħu r-riedni f’idejha?

“Huwa importanti ħafna li l-partijiet kollha jżidu l-isforzi kollettivi tagħhom lejn dawk li jeħtieġu l-iktar appoġġ; waqt li jiġu enfasizzati r-ritorn u r-riammissjoni u r-rwol li għandhom il-pajjiżi ta’ oriġini f’dan ir-rigward; u tiġi appoġġjata l-koperazzjoni internazzjonali biex jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin”, qal il-President. “Għadni mħasseb ħafna bil-flussi irregolari kontinwi li qegħdin jaslu fil-fruntieri esterni tal-UE; ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali għad għandha l-ogħla numru ta’ qsim illegali. Il-pressjoni tista’ tiġi aggravata mis-sitwazzjoni fl-Afganistan u tiżviluppa fi kriżi migratorja li m’aħniex preparati għaliha u li l-konsegwenzi tagħha lanqas biss nistgħu nimmaġinawhom. Wasal iż-żmien li l-mexxejja tagħna jevalwaw il-progress, fil-Kunsill Ewropew li jmiss, tal-implimentazzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju. Sena wara l-preżentazzjoni tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-progress fuq mekkaniżmu ta’ solidarjetà effettiv u permanenti għadu limitat. Wieħed saħansitra jista’ jgħid li l-kelma ‘solidarjetà’ – li, ma ninsewx, hija mnaqqxa fit-Trattat – jidher li tilfet il-valur, it-tifsira, u r-responsabbiltà marbuta tagħha. Aħna nafu sewwa li d-diskussjonijiet mhumiex u mhux se jkunu faċli, iżda din mhix skuża biex lil din il-kwistjoni importanti ħafna ma nagħtuhiex l-attenzjoni li jistħoqqilha. Ma nistgħux nibqgħu ngħidu liċ-ċittadini tagħna li, minkejja d-diskorsi dwar is-solidarjetà, għad m’għandniex l-aċċertamenti effettivi meħtieġa.”

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll, fost oħrajn, mill-Assistent Kummissarju Għoli għall-Protezzjoni tal-UNHCR Gillian Triggs; mill-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni Yiva Johansson; mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margarita Schinas; u mid-Direttur Eżekuttiv tal-EASO Nina Gregori.

Ritratti: DOI/OPR

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President jappella għal kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni u jsemmi l-possibbiltà ta’ ‘koalizzjoni tal-pajjiżi disposti’ fost l-istati membri tal-UE
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow