Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta tagħti 130,000 doża tal-vaċċin lill-poplu tar-Rwanda

pr211884
Date Icon 13/10/2021

Il-Gvern Malti qiegħed jagħti aktar minn 130,000 doża tal-vaċċin lill-gvern tar-Rwanda, waqt li qed ikompli juri solidarjetà ma' pajjiżi fil-bżonn. Titjira speċjali tal-Air Malta, koordinata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, se titlaq minn Malta b'dawn id-dożi tal-vaċċin kmieni nhar il-Ġimgħa 15 ta' Ottubru fis-sagħtejn ta' filgħodu.

Fl-aħħar xhur Malta bdiet kampanja biex tqassam għexieren ta' eluf ta' dożi tal-vaċċin lil pajjiżi li jeħtieġu dawn id-dożi, skont il-politika tal-Istrateġija għall-Afrika fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fost il-pajjiżi li diġà rċevew minn dawn id-dożi hemm il-Libja u l-Eġittu. Aktar donazzjonijiet simili mistennija jkunu finalizzati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Dan l-isforz biex jitqassmu dożi ta' vaċċin fost pajjiżi fil-bżonn qed jitmexxa minn uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. B'kollox sa issa diġà tqassmu 200,000 dożi tal-vaċċin.

Waħda mir-realtajiet tal-pandemija tal-COVID hija li l-aċċess għall-vaċċini biex jilqgħu għall-impatt tal-pandemija mhux qed ikun ugwali għall-pajjiżi kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow