Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem Dunja Mijatović fil-Berġa ta’ Kastilja

pr211880
Date Icon 13/10/2021

F'laqgħa fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kummissarju Dunja Mijatović iddiskutew is-salvagwardji u l-implimentazzjonijiet li jsaħħu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li sussegwentament qiegħed jimplimenta l-gvern Malti f'dan ir-rigward permezz ta' bosta riformi ewlenin.

F'dan il-kuntest, il-Prim Ministru rrefera għal ħidma intensiva li saret fl-aħħar xhur mill-gvern biex ikompli jissaħħaħ il-qafas demokratiku f'pajjiżna, il-governanza tajba, is-saltna tad-dritt u l-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-impenn qawwi tal-gvern biex jassigura li l-ġurnalisti huma protetti aħjar u wiegħed l-appoġġ kollu tiegħu fl-isforzi li qed isiru biex isaħħu d-drittijiet tal-ġurnalisti fuq livell Ewropew.

Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru rringrazzja lill-Kummissarju Mijatović għal ħidma bla heda tagħha fil-promozzjoni tar-ratifika tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika li pajjiżna rratifika lura fl-2014. Huwa tenna wkoll li l-gvern Malti se jkompli jagħti l-importanza meħtieġa lil dan it-Trattat simboliku u sinifikanti.

Dr Abela rrefera għall-isfidi miġjuba mill-influss kontinwu ta' immigranti rregolari u l-ħtieġa għal solidarjetà effettiva u qsim ġust tar-responsabbiltà ma' stati diversi, inkluż Malta, li jkomplu jiffaċċjaw pressjonijiet sproporzjonati.

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem Dunja Mijatović kellha kliem ta' tifħir għar-riformi li mbarka fuqhom dan il-gvern fil-qasam tal-governanza tajba, it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u d-drittijiet ċivili.

Il-Kummissarju Mijatović kienet ukoll konverġenti mal-Prim Ministru fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari u konsegwentament saħqet li din hija sfida tal-UE kollha mhux ta' ftit stati membri. Hija qalet li tinsab kommessa li tkompli ssaħħaħ ħidmietha biex il-kunċett ta' solidarjetà bejn l-istati membri jkompli jitħaddem bis-sħiħ.

B'referenza għall-qasam tal-ugwaljanza, il-Kummissarju Mijatović innutat kif pajjiżna approva liġi li se tassigura iżjed rappreżentanza ugwali bejn is-sessi fil-Parlament permezz ta' mekkaniżmu korrettiv li se jibda jitħaddem mill-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Il-Kummissarju kkonkludiet l-intervent tagħha billi faħħret l-isforzi li qed isiru mill-Gvern Malti b'rabta ma' diversi rakkomandazzjonijiet li kommess jaħdem fuqhom il-gvern bil-għan li jkompli jipproteġi ħidmet il-ġurnalisti f'pajjiżna.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem Dunja Mijatović fil-Berġa ta’ Kastilja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem Dunja Mijatović fil-Berġa ta’ Kastilja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow