Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali

pr211878
Date Icon 13/10/2021

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar investiment fil-biċċerija li se jammonta għal madwar mitt elf ewro. Dan se jkun l-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali mill-biċċerija.

L-impjant fil-Biċċerija Pubblika fil-Marsa se jkun strumentali biex jerġgħu jitnedew fis-suq lokali prodotti tradizzjonali Maltin, fosthom il-kirxa.

Il-Ministru Refalo spjega li l-użu ta’ dawn il-prodotti sekondarji intilef fl-aħħar snin, b’mod speċjali meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, hekk kif il-metodi ta’ proċessar li kienu jintużaw fl-imgħoddi ma baqgħux aċċettabbli u ħadd ma daħal għall-investiment neċessarju biex prodotti li kienu ilhom jintużaw għal mijiet ta’ snin jitmantnew u jiġu vvalorizzati kif sar f’pajjiżi oħra.

“Dan huwa investiment ieħor, imħabbar fil-baġit għal din is-sena, li permezz tiegħu qed ngħinu biex inkabbru l-kompetittività tas-settur agrikolu lokali li kull ma jmur qiegħed jesperjenza kompetizzjoni dejjem iktar qawwija minn prodotti importati. Permezz ta’ dawn il-prodotti, li għandhom valur potenzjal ogħla fis-suq, se nkunu qed ngħinu lir-raħħala Maltin u Għawdxin jsaħħu d-dħul tagħhom u jdawru dak li sal-lum huwa skart, f’opportunità ġdida ta’ qligħ”, stqarr il-ministru.

Sal-lum, il-parti l-kbira tal-prodotti sekondarji mill-majjal, iċ-ċanga, in-nagħaġ u l-mogħoż maqtula lokalment jinħarqu fl-Impjant Termali għat-Trattament tal-Iskart li jinsab biswit il-biċċerija. Is-sena li għaddiet ġew mormija madwar 1,700 tunnellata ta’ materjal li parti sewwa minnu jista’ jkollu użu differenti. 

Dan il-materjal jinkludi prodotti sekondarji li jistgħu jintużaw għall-konsum uman, bħall-kirxa jew id-demm. Prodotti sekondarji oħra, fosthom il-qarn ta’ xi annimali, jista’ jintuża għal skopijiet dekorattivi jew fi snajja tradizzjonali. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, L-IKEL U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-ewwel impjant f’Malta għat-trattament tal-prodotti sekondarji tal-annimali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow