Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL

pr211875
Date Icon 12/10/2021

L-għada li l-gvern ippreżenta l-Budget għas-sena 2022, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet bit-tema ‘Malta li rridu għal uliedna’.

“Il-Budget li ppreżenta lbieraħ il-gvern huwa budget ta’ pajjiż li ħa deċiżjonijiet tajbin waqt il-pandemija u li qiegħed jirkupra.” Hekk iddeskriva l-Budget 2022 id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li aċċenna fuq il-mod kif il-gvern ħa deċiżjonijiet f’waqthom biex ipprijoritizza s-saħħa tal-poplu Malti u salva l-ħajjiet. Id-Deputat Prim Ministru rrefera għal statistiċi internazzjonali, bħal dak tan-Nikkei, ippubblikat ftit tal-jiem ilu, li  poġġa lil Malta fil-quċċata tal-klassifika tal-pajjiżi li huma mistennija jirkupraw malajr mill-pandemija. 

Id-Deputat Prim Ministru ta diversi eżempji ta’ miżuri mħabbra lbieraħ li juru l-aspirazzjonijiet tal-gvern għal-lum u għall-ġejjieni. Dan billi fost oħrajn tħabbru numru estensiv ta’ miżuri fl-oqsma tal-ambjent naturali, tibdil fil-klima u tisbiħ tal-ambjent urban. 

Id-Deputat Prim Ministru Fearne indirizza l-kritika tal-Oppożizzjoni dwar id-defiċit tal-gvern, fejn spjega kif dan l-infiq wassal sabiex ingħataw għajnuniet finanzjarji qawwija lill-familji u n-negozji li ntlaqtu fil-pandemija u kif ukoll ippermettew li pajjiżna jattrezza ruħu b’eluf ta’ vaċċini, iktar minn miljun swab u tagħmir protettiv għall-ħaddiema. L-alternattiva għal dan l-infiq, sostna d-Deputat Prim Minsitru, kienet tkun qgħad, faqar, mard u mwiet.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal, “Il-Budget iffoka fuq l-importanza tal-iżvilupp ekonomiku permezz ta’ investiment fl-akbar riżors li għandu pajjiżna – il-kapital uman. L-iżvilupp ekonomiku jrid jimxi id f’id ma’ dak ambjentali u għalhekk dan il-Budget ħabbar l-akbar pakkett finanzjarju li qatt kellu l-gvern fil-qasam tal-ambjent u s-sostenibbiltà.” 

Il-Ministru spjega kif il-Budget wieżen l-iktar lil dawk vulnerabbli u lil dawk li ġew affettwati l-iktar mill-għoli tal-ħajja. Għalhekk, l-impressjoni li wħud qed jippruvaw jagħtu li l-Budget se jkun ta’ piż fuq iċ-ċittadini assolutament mhuwiex il-każ.

Il-Ministru Caruana qal li l-Oppożizzjoni f’dan ir-rigward m’għandha l-ebda kredibilità fiskali hekk kif ftit ta’ snin ilu, fl-2012, amministrazzjoni preċedenti wasslet lill-pajjiżna għall-excessive deficit procedure. Huwa spjega kif id-defiċit għal din is-sena, minkejja l-għajnuna kollha li ta u għadu qed jagħti dan il-gvern waqt il-pandemija, huwa wieħed maniġġabbli u kumparattiv mas-snin ta’ qablu. Bil-maqlub għal meta pajjiżna kien iffaċċjat minn kriżi ekonomika, illum is-suq tax-xogħol f’pajjiżna baqa’ wieħed b’saħħtu, bil-medja tar-rata tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea tonqos b’1.7 punti perċentwali, filwaq li dik f;pajjiżna żdiedet b’0.5 punti perċentwali. Pajjiżna mistenni jirkupra b’rata mgħaġġla mill-impatt negattiv tal-pandemija, hekk kif previst tkabbir reali ta’ 6.5% u 8.6% f’termini nominali għas-sena d-dieħla.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow