Left arrow Mur Lura

KUMPANIJA INTERNAZZJONALI TAL-ASSIGURAZZJONI TGĦIN FI PROĠETT AMBJENTALI GĦALL-ĠID TAL-KOMUNITA’ TA’ PEMBROKE – IL-MINISTRU BRINCAT

pr150420
Date Icon 28/02/2015

Madwar għoxrin ħaddiem tal-kumpanija internazzjonali tal-assigurazzjoni Munich Re, dalgħodu ingħaqdu mal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat flimkien mas-Sur Mark Causon bħala rappreżentant tal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, fejn dawn il-ħaddiema ħawwlu madwar 200 siġra minn speċi differenti, fosthom Deru, siġar tal-Virgi, Ċipress, siġar tal-lewż, siġar ta’ Ġuda u Bruk.

Waqt din l-attivita twaqqfet ukoll rokna għat-tfal, fejn it-tfal ġew imħajra jiżirgħu huma stess żerriegħa tas-siġar, filwaqt li ingħataw informazzjoni fuq dan il-qasam.

Filwaqt li kienu l-membri tal-Munich Re nfushom li ħawwlu s-siġar, il-Ministru Brincat wera l-apprezzament tiegħu għall-inizjattivi simili mis-settur privat li huma turija ċara ta’ kemm hemm fostna minn jemmen fil-ħarsien tal-ambjent u fit-tisbieħ tal-komunitajiet.

Huwa qal li kif kien wiegħed aktar kmieni din is-sena b’riżultat taż-żjara riċenti tiegħu fl-Iżrael, esperti tal-afforestazzjoni mistennija jżuru pajjiżna fil-ġejjieni qrib sabiex titwitta t-triq għall-kooperazzjoni f’dan is-settur ma’ pajjiż li ilu li għamel isem madwar id-dinja għall-professjonaliżmu tiegħu f’dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow