Left arrow Mur Lura

​IFFIRMAT IL-KUNTRATT BIEX DAR F’GĦAWDEX TINTUŻA BĦALA RESIDENZA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABBILTÀ

PR150417
Date Icon 27/02/2015

Ġie ffirmat il-kuntratt ta’ xiri ta’ propjetà f’Għawdex biex tintuża bħala residenza għall-persuni b’diżabbiltà.  Dan wara li nħarġet Espressjoni ta’ Interess għall-Provvista ta’ Djar u Servizzi
Residenzjali għall-Persuni b’Diżabbiltà f’Għawdex. Id-dar identifikata se tkun waħda fir-Rabat u se tkun qed tilqa’ madwar għaxar residenti.

Ix-xogħol ta’ din id-dar se jibda minnufih u mistenni jitlesta sal-aħħar t’Ottubru biex sal-aħħar ta’ din is-sena, tibda tilqa’ l-ewwel residenti. Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana spjegat ukoll kif il-Gvern qiegħed jesplora possibiltajiet biex partijiet minn din il-binja jintużaw ukoll biex joffru servizzi oħra għall-persuni b’diżabbiltà. Hija semmiet li bħalissa għaddej xogħol biex jinfetaħ l-ewwel lifelong learning hub għall-persuni b’diżabbiltà li se jkun f’Għajnsielem u f'liema sit dalwaqt jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow