Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr150415
Date Icon 27/02/2015

Roħs fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass 

Bħala parti mill-politika ta’ stabbiltà tal-Gvern fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass, il-prezz taċ-ċilindri tal-gass ta’ 12Kg se jkompli jorħos u għax-xhur ta’ Marzu u April minn €18 se jinżel għal €17, roħs ta’ €1 għal kull ċilindru. Dan huwa l-orħos prezz fl-aħħar 3 snin għal dan il-perjodu fejn l-ogħla prezz f’April tal-aħħar sena taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien €19.70. 

Din il-politika ta’ stabbiltà fil-prezzijiet qed issarraf biex il-konsumaturi Maltin igawdu minn rata ta’ inflazzjoni ferm baxxa mis-snin ta’ qabel peress li l-politika ta’ stabbilità qed tnaqqas l-inċertezza tal-prezzijiet u qed tagħmilha faċli għan-negozji u l-familji biex jippjanaw l-ispejjeż tagħhom minn qabel. Dan b’kuntrast maċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-gass xahar b’xahar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. 

Il-politika ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-gass, fil-prezzijiet tal-fuel u anke r-roħs fit-tariffi tad-dawl u l-ilma kemm għall-familji kif ukoll għan-negozji f’Marzu li ġej, se jkomplu jissarrfu f’impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. 

Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa jirringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-koperazzjoni tagħha biex titkompla l-istabbilità fil-prezzijiet tal-gass u lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi tal-ħidma tagħha. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow