AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April 2015 - Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li se jikkontestaw l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta, nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, 2015, bejn id-9.00 am u n-12.30 pm u mis-2.00 pm sal-5.00 pm, kif ukoll nhar it-Tlieta, 3 ta’ Marzu, 2015, bejn id-9.00 am u nofsinhar, ħalli jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni. Il-kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet.
Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sal-Erbgħa, 4 ta’ Marzu, 2015, sa nofsinhar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046