AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April 2015 - Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni – 11 ta’ April, 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jkunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, il-11 ta’ April, 2015, illi huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel, jiġifieri nhar is-Sibt, l-4 ta’ April, 2015, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament għandha ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, it-3 ta’ April, 2015, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:
mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-8.00 am sas-2.00 pm u
mit-3.00 pm sas-7.00 pm
Sibtijiet, Ħdud u 19 u 27 ta’ Marzu: mit-8.00 am sas-1.00 pm
Importanti li l-persuna tieħu l-karta tal-identità jew tar-residenza tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament u li, fid-data tal-votazzjoni bikrija (4 ta’ April, 2015) tieħu d-dokument għall-votazzjoni magħha, għax mingħajru ħadd ma jitħalla jivvota.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046