Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr150410mt
Date Icon 27/02/2015

Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April 2015 - Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tas-26 ta’ Jannar, 2015, suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni fid-djar minn nhar is-Sibt, 28 ta’ Frar sa nhar l-Erbgħa, it-18 ta’ Marzu, 2015. 

It-tqassim ser isir bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn is-2.30 pm u t-8.00 pm, fil-jiem kollha tal-ġimgħa (inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud).   

Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u tal-età biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.  Ta’ min jispjega li simili bħal ma hemm asteriska ma’ ġemb l-ismijiet ta’ votanti ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fir-reġistru elettorali, hekk ukoll hemm asteriska fuq ammont ta’ dokumenti għall-votazzjoni li tindika li l-votant għall-kunsilli lokali huwa ta’ età ta’ bejn is-16 u t-18-il sena.  Din isservi għall-ġbir ta’ statistika.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni, is-Sibt 11 ta’ April, 2015. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow