Left arrow Mur Lura

L-ISTUDENTI GĦANDHOM IKUNU KATALISTI TAL-BIDLA FL-AGRIKULTURA

pr150390
Date Icon 25/02/2015

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jgħid li r-riċerka u l-ideat innovattivi huma t-triq ‘il quddiem għall-agrikultura

L-istudenti tal-MCAST għandhom ikunu katalisti tal-bidla li hemm bżonn fis-settur Agrikolu. Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal dan waqt Symposium organnizat mill-istitut tal-MCAST Agribusiness, li fih studenti preżentaw it-teżijiet u r-riċerka tagħhom fuq oqsma differenti f’dan is-settur.

Filwaqt li faħħar id-dettall li daħlu fih dawn l-istudenti waqt ir-riċerka tagħhom, l-Onorevoli Galdes irrimarka li sfortunatament, l-istatistika attwali ma tirriflettix il-potenzjal li għandhom dawn l-istudenti. Hu spjega kif minn madwar 11,000 bidwi, huma biss ftit aktar minn 110 li għandhom kwalifiċi f’dan is-suġġett.

Hu ssokta jgħid li hu nkwetanti li studenti li jiggradwaw f’dawn is-suġġetti jispiċċaw jaħdmu f’setturi oħra li m’għandux x’jaqsam mal-istudju li għamlu, u għaldaqstant, hemm bżonn bidla fl-istrateġija biex dawn l-istudenti jġibu magħhom ideat innovattivi u li b’hekk, isiru l-bidliet u l-aġġornamenti meħtieġa f’dan is-settur.

Is-Segretarju Parlamentari qal li r-riċerka hija l-qofol ta’ kollox, u li din flimkien mal-ideat innovattivi tista’ twassal biex jiġu identifikati niċeċ li fihom tittejjeb il-kwalità tal-prodott offrut.

Dan is-symposium kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Ir-riċerka preżentata kienet parti mit-teżi li għamlu l-istudenti li gradwaw fil-baċellerat tax-xjenza fl-oqsma tal-ortikultura u Animal Management.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow