Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILTÀU ANZJANITÀATTIVA

pr150388
Date Icon 24/02/2015

Itterminat b’mod immedjat il-kuntratt mad-Dar tal-Anzjani Casa Francesco

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet u Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva huwa determinat li joffri l-aqwa u l-aħjar servizz għall-Anzjani tagħna.

Bħala parti mis-servizzi offruti mid-dipartiment, perjodikament id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtri sodod mingħand il-privat permezz ta’ skema ta’ Private Public Partnership. Dan isir permezz ta’ kuntratt li jiggarantixxi ogħti ta’ servizzi residenzjali ta’ kwalità u standards speċifikati mid-dipartiment.

Wara li ġew ivverifikati mid-dipartiment, l-ilmenti li daħlu fl-aħħar siegħat dwar l-ogħti tas-servizz ta’ sodod mixtrija dan ix-xahar fid-dar privata Casa Francesco, ġie deċiż li b’mod immedjat jiġi itterminat il-kuntratt mal-operaturi ta’ din id-dar.

Bħalissa għaddej proċess biex l-anzjani jiġu irrilokati f’djar oħra fejn hemm servizzi ta’ kura fit-tul mogħti mill-Gvern. Sakemm dan il-proċess jiġi iffinalizzat, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità se jkun qed jagħti is-servizz permezz ta’ ħaddiema tiegħu.

Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ħa l-azzjoni opportuna b’mod immedjat biex dejjem jibqa’ jiġi assigurat l-aħjar servizz ta’ kura lill-anzjani. Għalhekk, ħadd m’għandu jallarma ruħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow