Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA TIBDA ŻJARA STATALI FIS-SLOVENJA

PR150385
Date Icon 24/02/2015

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca aktar kmieni llum bdiet żjara statali fir-Repubblika tas-Slovenja fejn hu mistenni li jkollha laqgħat bilaterali mal-ogħla dinjitarji tal-pajjiż.

L-ewwel Żjara Statali minn Kap ta' Stat Malti saret mill-President Emeritu Profs Guido De Marco fl-2002, li kienet imbagħad replikata minn żjara mill-President Sloven ta' dak iż-żmien Milan Kucan. 

Mal-wasla tagħha fl-ajruport Jože Pučnik f'Ljubljana, il-President ta’ Malta kienet milqugħa minn Gorazd Zmavc, il-Ministru responsabbli mir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika Slovena u l-komunità nazzjonali; mis-Sur Iztok Mirosič, Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja akkreditat lil Malta,  mis-Sur Marko Makovec, Konsulent tal-Politika Barranija tal-President tar-Repubblika tal-Islovenja; mis-Sinjura Ksenija Beneditti, Kap tal-Protokoll; u minn Petra Česen Čatar, Ministru Plenipotenzjarju fid-Dipartiment tal-Politika Ewropea fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tas-Slovenja.

Jakkumpanjaw lil President ta’ Malta matul din iż-żjara statali, is-Sur Edgar Preca, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George Vella u delegazzjoni kummerċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow