IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA JIPPARTEĊIPA FIS-SUMMIT GLOBALI DWAR IL-LIĠI
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici fl-aħħar jumejn ipparteċipa fis-Summit Globali dwar il-Ligi li qed isir f'Londra, fl-okkażjoni tat-800 anniversarju tal-Magna Carta.
F’dan is-Summit ġew diskussi għadd kbir ta’ suġġetti dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-professjoni legali u r-relazzjoni bejn l-investiment, l-interess pubbliku u s-sistema ġudizzjarja.
Fil-konferenza pparteċipaw numru kbir ta’ Ministri tal-Ġustizzja, Prosekuturi Pubbliċi u Avukati Ġenerali minn madwar id-dinja kollha.
Matul il-konferenza l-Ministru Bonniċi u l-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech iltaqgħu mar-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta’ Edinburgh, kif ukoll mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, il-Lord Chancellor Chris Grayling u għadd ta’ Ministri u Avukati Ġenerali oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046