STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-MALTA UNION OF TEACHERS
Illum saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-PACBU u l-MUT. L-għan ta’ din il-laqgħa kien li jindirizza pendenzi li nħolqu dwar l-imġiba xejn xierqa ta’ xi studenti fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun.
Tul din il-laqgħa l-partijiet, megħjuna mill-Bord ta’ Konċiljazzjoni, waslu għal qbil abbażi ta’ dawn il-punti:
a) Isiru laqgħat skedati bejn iż-żewġ naħat biex jigi żgurat li l-isem ta’ din l-iskola jerġa’ jikseb il-livell mixtieq.
b) Ser jaħdmu flimkien biex jiġu identifikati diffikultajiet fost l-għalliema u jingħata s-sapport meħtieġ.
c) Ikomplu jsiru l-installazzjonijiet li huma meħtieġa biex tissaħħaħ is-sigurtà.
d) Ser jittieħdu passi dixxiplinari b’mod immedjat fil-konfront ta’ studenti li ripetutament qed jesebixxu mġiba li mhix xierqa fl-iskola.
e) Ser jigi kkontemplat x’passi jistgħu jittieħdu skont il-ligi fil-konfront tal-ġenituri tal-istess studenti li bl-imġiba tagħhom ixxekklu b’mod grossolan l-andament edukattiv fl-iskola. Hu f’dan il-kuntest li ser isiru laqgħat bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u dak responsabbli mill-Pulizija.
Iż-żewġ partijiet irringrazzjaw lill-Bord ta’ Konċiljazzjoni għall-impenn li ffaċilita li jintlaħaq qbil madwar il-mejda. Filwaqt li l-MUT stqarret li ser ixxolji t-tilwima industrijali u se tissospendi d-direttivi ppjanati, l-uffiċjali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li dak kollu miftiehem iseħħ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046