Left arrow Mur Lura

EDUCATION+ IMNEDIJA F'GĦAWDEX

pr150379
Date Icon 24/02/2015

Dalgħodu f’Għawdex, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo indizzaw konferenza fuq Education+ fil-gżira Għawdxija.

Numru ta’ esponenti mis-settur ekonomiku u dak edukattiv f’Għawdex tkellmu fuq l-importanza li l-industrija u t-taħriġ jingħaqdu biex jissaħħaħ il-potenzjal ekonomiku li s-setturi jistgħu joffru.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo tenna li kull ċittadin Malti u Għawdxi għandu jingħata l-opportunità li jkabbar il-potenzjal tiegħu. Dr Refalo qal li l-iskola waħedha mhix dejjem biżżejjed imma dak li jiġri barra mill-iskola wkoll jista’ jkun ta’ tagħlim kbir.

L-inizjattivi li jaqgħu taħt Education+ għandhom jinkludu benefiċċji għall-individwu, għal min iħaddem u għas-soċjetà. L-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema  huwa essenzjali kemm għall-intrapriżi kif ukoll ghall-ħaddiema fi ħdan dawn l-intrapriżi.  L-impenn għat-taħriġ, flimkien mal-iżvilupp tal-kompetenzi tal-individwi, jista’ jagħti vantaġġ kompetittiv u joħloq impjegati aktar motivati u leali.

Anton Refalo qal li l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom iservu bħala pjattaforma fejn numru kbir ta’ individwi għandhom jiġu aġevolati sabiex jimirħu fl-iżvillup edukattiv tagħhom b’mod iżjed prattiku fl-għerf, il-ħiliet u l-kompetenzi li flimkien irawmu ħaddiema iktar preparati għad-dinja tax-xogħol. Dan jista’ jsir billi l-industrija u l-edukazzjoni jersqu aktar lejn xulxin. F’ambjent ta’ żvilupp kontinwu, id-djalogu bejn l-industrija u l-edukazzjoni, f’dan il-qafas, se jgħin lill-edukaturi jevolvu dak li qegħdin jagħmlu biex ikun aġġornat ma’ dak li tirrikjedi l-industrija. Il-Ministru Refalo stqarr li hemm bżonn iżjed individwi li jkomplu jkabbru s-suċċess tal-edukazzjoni u t-taħriġ f’pajjiżna.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo saħaq li Għawdex għandu potenzjal qawwi u r-riżultati qed juru dan. Huwa qal li 92% tal-fifth formers f’Għawdex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom u dan huwa persentaġġ tajjeb ħafna, iżda hemm iżjed xogħol xi jsir f’dan il-qasam. Il-Ministru qal li l-fatt li l-edukazzjoni u x-xogħol jaqgħu taħt ministeru wieħed huwa ta’ vantaġġ biex dawn iż-żewġ setturi jingħaqdu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow