Left arrow Mur Lura

​ID-DEPUTAT FRANCIS ZAMMIT DIMECH F’LAQGĦA DWAR IL-FRUNTIERI EWROPEJ

PR150373
Date Icon 23/02/2015

Id-Deputat Francis Zammit Dimech qiegħed jipparteċipa f’laqgħa interparlamentari organizzata mill-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewropew dwar il-fruntieri Ewropej. Il-laqgħa, li qiegħda tinżamm fil-Parlament Ewropew, hi waħda ta' konsultazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti Nazzjonali dwar numru ta’ proposti leġiżlattivi Ewropej f’dan il-qasam.

Minħabba fiż-żieda enormi fl-għadd ta' vjaġġaturi li qegħdin jaqsmu l-fruntieri Ewropej u anki minħabba sfidi ġodda li qiegħda tiffaċċja l-Ewropa minħabba f'hekk, il-laqgħa qiegħda tiddiskuti dak li qed jissejjaħ 'The Smart Borders Package' biex b'hekk il-pajjiżi Ewropej ikunu jistgħu jaqsmu aħjar bejniethom l-informazzjoni li tinġabar fuq vjaġġaturi minn barra l-Ewropa.

Id-Deputat  Francis Zammit Dimech, li qed jirrappreżenta l-Parlament Malti f'din il-laqgħa, tkellem fuq l-esperjenzi ta' Malta fuq dan is-suġġett u fuq il-prinċipji li jibqgħu dejjem fundamentali għall-Unjoni Ewropea bħal ma hu l-prinċipju tal-ħarsien tad-dinjità ta' kull bniedem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow