Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI JIDDISKUTI L-PROPOSTI TAL-ASSOĊJAZZJONI TA’ MIN IĦADDEM GĦAL EMENDI FIL-LIĠI TAX-XOGĦOL

PR150372
Date Icon 23/02/2015

L-MEA qed tissuġġerixxi fost oħrajn definizzjoni fil-liġi ta’ ‘union member’ biex ikun hemm aktar konverġenza fuq kwistjonijiet ta’ rikonoxximent trejdjunjonistiku

F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD, is-sħab soċjali ddiskutew il-proposti tal-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem (MEA) dwar emendi fil-liġi tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Fil-bidu tal-laqgħa ma kienx hemm qbil bejn l-imsieħba soċjali dwar il-preżenza tal-ġurnalisti għall-ewwel parti biex tkun rapportata l-preżentazzjoni li kellha ssir mil-MEA u għaldaqstant, il-media ntalbet titlaq mil-laqgħa.

F’introduzzjoni li għamlet, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-proposti li qed niddiskutu kienu pubbliċi. Hija qalet li d-diskussjoni għandha tkompli ssir fil-Bord tar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi (Employment Relations Board) u l-konklużjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-MCESD.  

Hija qalet li fir-reviżjoni tal-liġi tax-xogħol kien hemm aktar proposti mis-sħab soċjali li kollha qed jiġu analizzati.  

Fil-preżentazzjoni tagħha, l-MEA saħqet fuq l-importanza li jkun hemm ċerta flessibilità fil-qafas tal-liġi tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Semmiet kif fejn għandu x’jaqsam ma’ rikonoxximent trejdjunjonistiku, ir-rivalità li teżisti bejn il-unions qed twassal għal problemi fuq il-post tax-xogħol. F’dan ir-rigward, l-MEA qed tipproponi definizzjoni fil-liġi dwar x’inhu ‘union member’.

L-MEA fissret ukoll il-proposti tagħha f’oqsma oħra fosthom fejn jidħol is-sick leave, l-età tal-irtirar u t-tribunal industrijali.

Iċ-Chairman tal-MCESD John Bencini stieden lill-unions u għaqdiet biex jgħaddu r-reazzjonijiet tagħhom b’mod uffiċjali mhux biss fuq il-proposti tal-MEA iżda wkoll fuq l-emendi inġenerali li qed jipproponi l-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow