Left arrow Mur Lura

INAWGURAT IL-BINI MILL-ĠDID TAL-GĦAJN TAL-ĦASSELIN, GĦAJNSIELEM

pr150367
Date Icon 23/02/2015

Il-Proġett tal-Kunsill Lokali Għajnsielem relatat mat-tieni skema għall-Kunsilli Lokali

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura l-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin. Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ibbenefika mill-għajnuna massima ta’ €70,000 mit-tieni skema ta’ eko-Għawdex għall-Kunsilli Lokali Għawdxin.  Din l-iskema ġiet imnedija bl-għan li tinvolvi l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi fit-twettiq tal-proġett eko-Għawdex, speċifikament b’miżuri mill-Pjan ta’ Azzjoni 2010-2012. 

Dan il-proġett, li għadu kif ġie konkluż, kien jinkludi l-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin, tindif ta’ parti minn Wied Simirat u xiri ta’ eko-trakk.  L-istess eko-trakk inxtara f’Diċembru tal-2012  u qiegħed jintuża għax-xogħlijiet ġenerali fil-lokalità bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’Għajnsielem.  Ix-xogħlijiet fil-wied tlestew f’Ġunju tal-2013 u qed jissarfu f’ħażna akbar ta’ ilma tax-xita waqt li ġiet eliminata il-problema tal-għargħar għal dawk ir-residenti li joqgħodu fl-inħawi. Issa tlestew ukoll ix-xogħlijiet fuq l-Għajn tal-Ħasselin, l-għajn li tat l-isem lill-istess raħal.

B’inizzjattivi bħal dawn u anke bl-għajnuna li qed jagħti l-Ministeru  għal Għawdex lill-Paroċċa ta’ Għajnsielem għall-proġett tat-tisbieħ taz-zuntier, żgur li Għajnsielem se jara titjib fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti filwaqt li jsir attrazzjoni għal diversi turisti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow