STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA
Is-Segretajru Parlamentari Justyne Caruana tiċħad l-allegazzjonijiet bla bażi tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess ħin tikkonferma li se tibqa’ iebsa ħafna fil-konfront ta’ abbużi fuq l-anzjani.
Waqt il-laqgħa msemmija, is-Segretarju Parlamentari żgurat li l-ebda officer-in-charge mhi ser tiċċaqlaq minn postha. Madankollu, is-Segretarju Parlamentari ma setgħetx tibqa’ passiva dwar il-mod ta’ kif seħħ abbuż fuq l-anzjani membri minn ċerti officers-in-charge. Dan l-abbuż sar meta ċerti anzjani kienu mġiegħla jiffirmaw petizzjoni, uħud minnhom mingħajr ma kienu jafu x’kien hemm miktub fiha.
Kien għalhekk li l-ħaddiema ntalbu jirrimedjaw għal dan l-abbuż, kif fil-fatt sar.
Is-Segretarju Parlamentari mexxiet il-liġi kontra l-abbuż fuq l-anzjani u se tibqa’ taħdem bla waqfien biex ma jkun hemm l-ebda abbuż ieħor fuq l-anzjani.
Minkejja li l-Oppożizzjoni qablet mal-liġi kontra l-abbuż fuq l-anzjani, fil-mument tal-prova mhijiex tappoġġja lill-Gvern għall-gwadann ta’ ftit punti politiċi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046