ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – FRAR 2015: PREZZIJIET TAL-MGSs B’RATA TA’ MGĦAX FISSA
B’referenza għall-Istqarrija Nru. PR150284mt, ta’ nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2015, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li qiegħed jiġi offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (V) Fungibility Issue bi prezz ta’ €105.75 b’YTM ta’ 0.937%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 0.940%, u
(ii) 3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (I) bi prezz ta’ €100.00 b’YTM ta’ 3.000%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.022%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn it-23 ta’ Frar, 2015 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
(a) fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-25 ta’ Frar 2015 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b) f’nofsinhar tat-Tnejn it-2 ta’ Marzu, 2015 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor; www.treasury.gov.mt
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046