Left arrow Mur Lura

BEDA X-XOGĦOL TA’ ASFALTAR FIL-QALA

pr150335
Date Icon 19/02/2015

Il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo żar il-Qala fejn  beda l-asfaltar tat-triq minn ħdejn l-iskola Primarja  tal-Qala.  Dan il-proġett qed isir  mill-Water Service Corporation flimkien mal-Ministeru għal Għawdex. Proġett b’valur ta’ €4,155,056.67, fejn il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jinvesti €1,500,000 biex isir l-asfaltar fuq medda ta’ 10km.

Il-proġett jikkonsisti fit-tqiegħid ta’ 400mm pressure main minn Ħondoq sar-reservoir  Ta’ Ċenċ kif ukoll l-asfaltar ta’ diversi  toroq. L-ewwel fażi lesta, u fil-Qala issa għaddejna għat-tieni fażi fejn beda l-asfaltar minn ħdejn l-iskola Primarja. 

Il-Ministru Refalo tenna li dan il-proġett ħa jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti kif ukoll titjib fl-aċċessibbiltà għal diversi lokalitajiet mxerdin madwar Għawdex, fosthom lokalitajiet turistiċi. Huwa rringrazzja lill-Ministru Konrad Mizzi u t-team kollu tal-Water Services, inkluż is-CEO William Wait, tal-kollaborazzjoni kontinwa biex dan il-proġett ikun jista’ jseħħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow