IRRIDU NIMXU LEJN SOĊJETÀ AKTAR INKLUSSIVA U NAĦDMU BIEX INWAQQFU L-MIBEGĦDA - IL-MINISTRU HELENA DALLI
Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili jappoġġja l-kampanja #StopHate dwar is-cyber bullying
Il-Ministeru għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili qed jagħti l-appoġġ tiegħu fil-kampanja #StopHate mmexxija fost l-oħrajn minn Bay Radio u MITA, bil-għan li titqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ fuq il-perikli li jġib miegħu is-cyber bullying.
F’messaġġ li għaddiet għal din il-kampanja u li qed jittella’ fuq il-Youtube channel tal-kampanja, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli faħħret din l-inizjattiva li għandha l-għan li titfa’ aktar dawl fuq dak li jgħaddu minnu t-tfal u ż-żgħażagħ fl-użu tal-internet.
Dr Dalli fissret kif aktar ma titqajjem kuxjenza fuq il-perikli li jġib miegħu is-cyber bullying, aktar hemm possibbiltà li t-tfal u ż-żgħażagħ jitkellmu meta jiġu affaċjati b’sitwazzjonijiet simili.
“Ħadd ma jagħżel kif jitwieled u rridu nimxu lejn soċjetà aktar inklussiva u naħdmu biex inwaqqfu l-mibegħda” temmet tgħid il-Ministru Dalli.
Huwa stmat li kull ġurnata, wieħed minn kull ħames persuni ta’ età żgħira jiġi soġġett għal cyber bullying kbir. Dan jista’ jħalli effetti ħżiena ħafna fuq l-istima personali tal-individwi.
Il-kampanja #StopHate li tnediet f’Diċembru li għadda u li tibqa’ għaddejja sa Marzu għandha wkoll l-appoġġ ta’ diversi ministeri oħra.
Il-messaġġ tal-Ministru Helena Dalli jinsab fil-link: http://youtu.be/uRwUrOmnCRQ
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046